Avviż legali | Dwar dan is-sit | Kuntatt | Fittex
EUROPA > Debate Europe > It-tibdil klimatiku u l-enerġija

Filmati dwar il-bidla klimatika

It-tibdil klimatiku u l-enerġija

Ingħaqad fil-forum - Semma’ leħnek dwar il-politika tad-tibdil klimatiku ta’ l-UE!

Irriċikla l-iskart, mur b’tal-linja, waħħal bozzoz favur l-ambjent - it-tellieqa biex inwaqqfu l-bidla klimatika issa bdiet! Imma forsi hawn wisq għagħa fuqha l-ħaġa. Forsi tħoss li dal-paroli kollu dwar it-tnaqqis tal-karbonju, kumpens, u l-kalkolazzjoni tal-livell tal-karbonju tiegħek huwa esaġerat. Forsi tinsab imħasseb li l-miri ta’ l-emmissjonijiet tal-gass b’effett serra ta’ l-UE jista’ jkun ta’ dannu għall-industrija jew għall-mod kif tgħix int. Jista’ jkun li qed tinkwieta li mhux qed isir biżżejjed dwar il-quċċati tas-silġ li qed idubu, dwar l-għarar li qed jiżdied u l-mewġiet intensi ta’ sħana. Forsi tħoss li l-miri ta’ l-UE mhumiex biżżejjed. Jista’ jagħti l-każ li tixtieq li kull individwu jsir aktar konxju mill-klima. Kemm jekk int xettiku dwar il-klima, ambjentalist impennjat, jew sempliċiment ċittadin inkwetat, din hija l-opportunità li tesprimi l-opinjonijiet tiegħek dwar is-suġġett u tiddiskuti ma’ parteċipanti oħra fid-dibattitu dwar il-Klima.