Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Nimmodernizzaw is-suq integrat Ewropew

Nimmodernizzaw is-suq integrat Ewropew
Il-konsumaturi, in-negozji u l-ħaddiema se jibbenefikaw minn suq waħdieni modern.

30/11/07

Triq ġdida għas-suq waħdieni Ewropew, hekk kif l-UE tpoġġi lill-konsumaturi u n-negozji ż-żgħar fuq quddiem.

L-aspetti li s'issa kiseb is-suq integrat ta' l-UEDeutschEnglishfrançais huma - roħs fuq il-prezzijiet, għażla akbar għall-konsumaturi, ħolqien ta' kumpaniji kompetittivi u li l-Ewropa ssir aktar attraenti għall-investituri. Bil-pakkett attwali, il-Kummissjoni trid tibni fuq dan billi tkompli timmordernizza s-suq waħdieni Ewropew.

Minn dawn il-miżuri proposti, il-Kummissjoni diġà adottat il-pakkett ta' riforma dwar it-telekomsEnglish . Il-proposti attwali jinkludu:

  • aktar drittijiet għall-konsumaturiEnglish – il-kummissjoni titlob lill-konsumaturi sabiex ikunu f'pożizzjoni li jbiddlu l-kontijiet bankarji mingħajr miżata ta' għeluq u jingħaqdu flimkien sabiex iressqu lmenti kontra l-kumpaniji
  • ħarsa mill-ġdid ta' 23 swieq ta' manifattura u servizzi li mhumiex jagħtu l-potenzjal sħiħ tagħhom lill-konsumaturi u n-negozji. 
  • opportunitajiet akbar għal negozji żgħarceštinadanskDeutscheesti keelελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianolatviešu valodalietuviu kalbamagyarNederlandspolskiportuguêsslovenčinaslovenšcinasuomisvenska bl-introduzzjoni ta' att dwar in-negozji ż-żgħar għall-Ewropa, jgħin biex tonqos il-burokrazija English , jiżdied l-aċċess lejn programmi Ewropej u ssir promozzjoni għall-kooperazzjoni bejn il-fruntieri
  • tingħata spinta lill-mobilità tar-riċerkaturi, grazzi għal 'passaport tar-riċerkaturi'
  • aktar informazzjoni għall-konsumaturi, negozji u ħaddiema – servizz ta' konsulenza one-stop se jgħinhom jieħdu vantaġġ tad-drittijiethom lejn moviment ħieles u aċċess għall-informazzjoni. Dan se jgħin lill-Kummissjoni tassigura konformità ġenerali mar-regoli tas-suq waħdieni.

Mhux is-suq waħdieni riformat biss se jieħu vantaġġ mill-globalizzazzjoni. Din se tgħin ukoll biex jinżammu livelli soċjali u ambjentali għoljin. Il-miżuri l-ġodda se jiċċaraw kif ir-regoli ta' l-UE japplikaw għas-servizzi pubbliċi u soċjali, jerġgħu jaffermaw il-bżonn għal servizzi pubbliċiEnglish ta' kwalità għolja u ssir promozzjoni tal-produzzjoni ta' prodotti u servizzi ekoloġiċi.

Filwaqt li l-aħħar tbassir ekonomiku wera li t-tkabbir Ewropew jista' jbatti fis-snin li ġejjin, ir-riforma tas-suq waħdieni hija opportunità biex tingħata spinta lill-kompetittività Ewropea, jinħolqu aktar impjiegi u tkabbir ekonomiku. English Huwa mistenni li l-mexxeja ta' l-UE jilħqu ftehim waqt is-samit tar-Rebbiegħa 2008 dwar prijoritajiet ġodda għas-suq waħdieni.

Dettalji tal-pakkett ta' riforma.

video  L-Ewropa trid konsumaturi infurmati sew

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna