Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > Madwar l-Ewropa

Ċelebrazzjonijiet madwar l-Ewropa

Madwar l-EwropaFil-pajjiżi ta' l-UEMadwar id-dinjaKalendarjuTipi ta' avvenimenti
żgħażagħżgħażagħ 01/01/07 > 31/10/07Il-pajjiżi kollha ta' l-UE
L-20 Anniversarju ta' ERASMUS

L-20 Anniversarju ta' ERASMUS

Ikun hemm ċelebrazzjonijiet differenti bħala parti mill-20 Anniversarju ta' ERASMUS, li jinvolvu studenti u ex-studenti kif ukoll dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-qasam ta' l-edukazzjoni. ››  iktar

żgħażagħżgħażagħ 07/02/07 > 12/03/07Il-pajjiżi kollha ta' l-UE
EPK+50

EPK+50

F'ġieħ il-50 anniversarju mit-Trattat ta' Ruma, il-Europocket TV jippreżenta l-ewwel konkors tiegħu miftuħ għaż-żgħażagħ kollha Ewropej ta' talent: EPK+50. ››  iktar

Vidjows u ritratti
KonferenzaKonferenza 21/03/07Ruma - L-Italja
Opportunitajiet ugwali għal kulħadd fl-edukazzjoni u l-impjieg

Opportunitajiet ugwali għal kulħadd fl-edukazzjoni u l-impjieg

Bħala parti minn sforz biex jiġu promossi l-ugwaljanza u t-tneħħija tad-diskriminazzjoni fl-UE, l-2007 issemmiet 'is-Sena Ewropea ta' l-Opportunitajiet Ugwali għal Kulħadd'. Din il-konferenza tiċċelebra għeluq il-50 sena ta' l-UE u tqajjem l-għarfien pubbliku dwar l-importanza ta' l-ugwaljanza fl-edukazzjoni u l-impjieg. ››  iktar

KonferenzaKonferenza 22/03/07 > 23/03/07Firenze u Ruma - L-Italja
Ċelebrazzjoni parlamentari internazzjonali tal-50 anniversarju mit-Trattati ta’ Ruma

Ċelebrazzjoni parlamentari internazzjonali tal-50 anniversarju mit-Trattati ta’ Ruma

Il-President tas-Senat, is-Sur Franco Marini, u l-President tal-Kamra tad-Deputati, is-Sur Fausto Bertinotti, stiednu lil Presidenti tal-Parlamenti tal-pajjiżi ta' l-UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Parlamenti tal-pajjiżi kandidati - biex jipparteċipaw f'serje ta' avvenimenti li se jsiru f'Firenze u Ruma fit-22 u t-23 ta' Marzu 2007, rispettivament. ››  iktar

oħrajnoħrajn 22/03/07 > 23/03/07Ruma - L-Italja
Ir-reġjuni ta' l-Ewropa jiċċelebraw għeluq snin l-UE!

Ir-reġjuni ta' l-Ewropa jiċċelebraw għeluq snin l-UE!

Biex jikkommemora l-50 anniversarju mit-Trattat ta' Ruma, il-Kumitat tar-Reġjuni se jtella' d-69 sessjoni plenarja tiegħu f'Ruma fit-22 u t-23 ta' Marzu. ››  iktar

Vidjows u ritratti
oħrajnoħrajn 24/03/07 > 25/03/07Berlin - Il-Ġermanja
Berlin se tospita samit informali ta' l-UE

Berlin se tospita samit informali ta' l-UE

Il-mexxejja ta' l-UE se jiltaqgħu f'Berlin nhar l-24 u l-25 ta' Marzu sabiex jiċċelebraw il-50 anniversarju ta' l-UE. Matul din il-laqgħa mistennija ssir dikjarazzjoni  politika dwar il-valuri u l-ambizzjonijiet ta' l-Ewropa għall-ġejjieni. L-avveniment se jixxandar fuq l-internet mit-10:30 ta' filgħodu sas-15.00 ta' wara nofsinhar nhar il-Ħadd 25 ta' Marzu. Deutsch English ››  iktar

Vidjows u ritratti
żgħażagħżgħażagħ 24/03/07 > 25/03/07Ruma - L-Italja
Samit taż-Żgħażagħ: L-Ewropa Tiegħek, il-Futur Tiegħek

Samit taż-Żgħażagħ: L-Ewropa Tiegħek, il-Futur Tiegħek

Żgħażagħ mill-pajjiżi kollha ta' l-UE se jiltaqgħu f'Ruma biex jiddiskutu kwistjonijiet ewlenin għall-ġejjieni ta' l-Ewropa. Dawn jinkludu l-globalizzazzjoni, il-ħarsien ta' l-ambjent, il-mudell soċjali u ekonomiku Ewropew u oħrajn. Is-Summit taż-Żgħażagħ se jittella' fl-istess waqt tal-laqgħa tal-Kapijiet ta' l-Istat u tal-Gvern f'Berlin. ››  iktar

Vidjows u ritratti
żgħażagħżgħażagħ 25/03/07Strasbourg - Franza
Euroscola

Euroscola

Ta' kull sena, il-programm "Euroscola" jiġbed gruppi ta' viżitaturi magħmulin minn studenti tas-sekondarja mill-pajjiżi membri kollha ta' l-UE biex iżuru l-Parlament Ewropew fi Strasbourg. L-għan ta' l-Euroscola hu li jipprovdi liż-żgħażagħ Ewropej b'ħarsa lejn il-ħidma u r-rwol tal-Parlament Ewropew. ››  iktar

KonferenzaKonferenza 26/03/07Il-Lussemburgu - Il-Lussemburgu
Il-Ħamsin Anniversarju tat-Trattati ta' Ruma

Il-Ħamsin Anniversarju tat-Trattati ta' Ruma

Simpożju fuq l-influwenza tad-dritt nazzjonali u tal-ġurisprudenza tal-qrati ta' l-Istati Membri fuq l-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju ››  iktar

żgħażagħżgħażagħ 26/03/07 > 30/06/07Fl-iskejjel madwar l - Il-pajjiżi membri u kandidati ta' l-UE
Jum ir-Rebbiegħa għall-Ewropa

Jum ir-Rebbiegħa għall-Ewropa

Jum ir-Rebbiegħa għall-Ewropa huwa inizjattiva mmirata biex tħeġġeġ id-dibattitu, id-diskussjoni u r-riflessjoni fost l-istudenti tal-primarja u tas-sekondarja, dwar il-prinċipji, il-kisbiet u l-futur ta' l-UE. It-tema għal din is-sena se tkun "Flimkien mill-1957: l-iskejjel jiċċelebraw l-Ewropa".. ››  iktar

żgħażagħżgħażagħ 09/05/07Skejjel madwar l-Ewropa - Il-pajjiżi kollha ta' l-UE
Id-9 ta' Mejju Jum l-Ewropa fl-iskejjel

Id-9 ta' Mejju Jum l-Ewropa fl-iskejjel

Fid-9 ta' Mejju l-iskejjel ta' l-Ewropa jiċċelebraw Jum l-Ewropa billi jorganizzaw taħditiet dwar l-għajnuna esterna ta' l-UE u l-politika ta' l-iżvilupp tal-kooperazzjoni. Uffiċjali ta' l-UE u esperti ser iżuru l-iskejjel u jieħdu sehem fid-diskussjonijiet ma' l-istudenti u l-għalliema, u jwieġbu l-mistoqsijiet tagħhom. ››  iktar

żgħażagħżgħażagħ 10/05/07 > 31/12/07Fl-iskejjel madwar l-Ewropa kollha - Il-pajjiżi kollha ta' l-UE
Ittraduċi u rbaħ!

Ittraduċi u rbaħ!

Tradutturi Żgħażagħ – konkors oriġinali sabiex niskopru l-aqwa tradutturi żgħażagħ ta' l-Unjoni Ewropea ››  iktar

żgħażagħżgħażagħ 03/09/07 > 31/12/07Il-pajjiżi kollha ta' l-UE
50 Sena Flimkien fid-Diversità

50 Sena Flimkien fid-Diversità

Il-European Schoolnet u l-Mużew ta' l-Ewropa jistieden timijiet ta' studenti mill-14 sa l-20 sena biex jipparteċipaw f'kompetizzjoni, esperjenza ta' xogħol f'tim u jesprimu ideat u ħsibijiet dwar il-50 sena li jmiss fl-UE, filwaqt li jħarsu lura lejn xi ksibna mill-1957! ››  iktar

żgħażagħżgħażagħ 24/09/07 > 29/09/07L-Istati Membri kollha ta' l-UE
L-Ewwel Impjieg Barra minn Pajjiżek

L-Ewwel Impjieg Barra minn Pajjiżek

50 ħaddiem Ewropew se jiġu offruti impjieg bi kwalifika barra minn pajjiżhom bis-saħħa ta' avveniment organizzat mill-EURES, li huwa l-portal Ewropew iddedikat lill-mobilità ta' l-impjiegi. ››  iktar

oħrajnoħrajn 24/09/07 > 29/09/07L-Istati Membri kollha ta' l-UE
Jiem l-impjiegi ewropej - 2007

Jiem l-impjiegi ewropej - 2007

Noħolqu l-impjiegi u nżidu l-mobilità tal-ħaddiema fl-UE – il-Kummissjoni Ewropea tniedi "Jiem l-Impjiegi Ewropej – 2007". ››  iktar

FestivalFestival 03/10/07 > 03/02/08Brussell, bliet Belġjani oħra u pajjiżi ġirien - Il-Belġju
Europalia.europa

Europalia.europa

Tul erba' xhur, Europalia se jenfasizza d-diversità kulturali tas-27 pajjiż ta' l-UE permezz ta' mużika, teatru, żfin, films u letteratura. Xogħolijiet kbar ta' l-arti se jiġu ppreżentati fi Brussell, fil-Belġju kollu u fil-pajjiżi viċini. ››  iktar

Vidjows u ritratti
oħrajnoħrajn 12/12/07Strasbourg - Franza
Il-Premju Sakharov għall-ħsieb ħieles

Il-Premju Sakharov għall-ħsieb ħieles

Mill-1988 'l hawn, il-Parlament Ewropew jagħti l-Premju Sakharov lill-persuni jew għaqdiet impenjati fil-ġlieda kontra l-oppressjoni, l-intolleranza u l-inġustizzja b'appoġġ għar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija madwar id-dinja. ››  iktar

Vidjows u ritratti
Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna