Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Samit taż-Żgħażagħ live

Samit taż-Żgħażagħ live

16/03/07

Bil-motto "l-Ewropa Tiegħek - il-futur tiegħek", bejn it-23 u l-25 ta' Marzu, 'il fuq minn 200 Ewropej żgħażagħ se jiltaqgħu f'Ruma biex jiddibattu d-direzzjoni futura ta' l-UE u jibgħatu messaġġ lill-mexxejja.

Rome Youth Declaration pdf - 78 KB [78 KB] English (en)

Ftuħ uffiċjali tas-Summit taż-Żgħażagħ

Diskorsi tal-ftuħ:

  • Ms Margot Wallstrom, Vice-President of the European Commission
  • Ms Ursula von der Leyen, German Federal Minister for Family Affairs, Senior Citizens, Women and Youth pdf - 21 KB [21 KB] Deutsch (de)
  • Mr Alejo Vidal-Quadras, Vice-President of the European Parliament pdf - 33 KB [33 KB] English (en)
  • Mr Ján Figel', European Commissioner for Education, Training, Culture and Youth pdf - 18 KB [18 KB] English (en)
  • Ms Bettina Schwarzmayr, President of the European Youth Forum pdf - 42 KB [42 KB] English (en)
  • Ms Ágnes Heller, Professor of Philosophy and Political Science, Budapest and New York Universities pdf - 78 KB [78 KB] English (en)

 

Biex tfakkar il-50 anniversarju tat-trattat li beda l-UE fil-belt fejn kien ġie ffirmat, l-ewwel samit taż-Żgħażagħ li qatt sar se jittella' f'Ruma bl-organizzazzjoni konġunta ta' l-UE u l-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ. Dan is-samit għandu l-għan li jinvolvi ż-żgħażagħ u l-għaqdiet tagħhom fid-dibattitu dwar ix-xeħta futura ta' l-UE.

It-tħejjijiet bdew f'Jannar b' laqgħa fi Brussell, fejn intagħżlu sitt suġġetti li ser ikunu diskussi f'Ruma:

  • il-futur tat-Trattat ta' l-UE
  • il-mudell socjali u ekonomiku ta' l-UE
  • l-iżvilupp sostenibbli
  • sehem l-UE f'dinja globalizzata
  • id-demokrazija u s-soċjetà ċivili
  • iż-żgħażagħ u l-edukazzjoni

Imbagħad, ix-xogħol preparartorju kompla b'dibattiti nazzjonali organizzati fil-pajjiżi kollha ta' l-UE.

Il-konklużjonijiet tad-dibattiti nazzjonali u l-kontributi mill-organizzazzjonijiet Internazzjonali non-governattivi taż-Żgħażagħ.

Is-samit ser jinfetaħ uffiċjalment nhar is-Sibt 24 ta' Marzu u għalih ser jattendu għadd ta' VIPs Ewropej, inklużi s-Sur Romano Prodi, il-Prim Ministru ta' l-Italja, is-Sur Alejo Vidal-Quadras, Viċi President tal-Parlament Ewropew, is-Sinjura Margot Wallström, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, u s-Sur Ján Figel, Kummisarju Ewropew għall-Edukazzjoni, Kultura u Żgħażagħ.

Il-parteċipanti ser jaħdmu fi-gruppi sabiex iħejju l-konklużjonijiet tas-samit kif ukoll messaġġ dwar il-ġejjieni ta' l-UE. Dawn se jitwasslu lill-mexxejja Ewropej miġbura fl-istess tmiem il-ġimgħa f'Berlin għal laqgħa informali li tikkommemora l-anniversarju.

It-taħdita għandha tagħti lill-parteċipanti l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom direttament lir-rappreżentanti ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE.Il-Viċi President Margot Wallstrom, li se tkun Ruma wkoll, qalet: "Dan is-samit għandu joffri okkazzjoni li qatt ma kien hemm bħalha biex tiġi diskussa l-Unjoni Europea 'on the move' ".

It-taħdita se tixxandar live fuq l-internet mit-8:45 ta' filgħodu sas-1.30 ta' wara nofsinhar nhar il-Ħadd 25 ta' Marzu. Segwi din ix-xandira live .

Flimkien mas-Samit, se jkun hemm ukoll iċ-ċans li wieħed jiddeverti u jipparteċipa fil-kumplament taċ-ċelebrazzjonijiet f'Ruma.

Il-programm tas-samit pdf - 2 MB [2 MB] English (en)

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna