Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > Madwar l-Ewropa
Madwar l-EwropaFil-pajjiżi ta' l-UEMadwar id-dinjaKalendarjuTipi ta' avvenimenti

Samit taż-Żgħażagħ: L-Ewropa Tiegħek, il-Futur Tiegħek

Iż-żgħażagħ Ewropej jitħaddtu dwar il-ġejjieni ta' l-Ewropa!

żgħażagħ
Dati: 24/03/07 > 25/03/07
Post: Il-Campidoglio, Ruma
Pajjiż: L-Italja
Parteċipanti: Sitt żgħażagħ minn kull pajjiż ta' l-UE, flimkien ma' rappreżentanti ill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-NGOs internazzjonali
Organizzatur: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew, b'kooperazzjoni mal-Forum taż-Żgħażagħ Jeneusse
Aktar informazzjoni: http://www.youthforum.org/youthsummit.htm
Samit taż-Żgħażagħ: L-Ewropa Tiegħek, il-Futur Tiegħek

Żgħażagħ mill-pajjiżi kollha ta' l-UE se jiltaqgħu f'Ruma biex jiddiskutu kwistjonijiet ewlenin għall-ġejjieni ta' l-Ewropa. Dawn jinkludu l-globalizzazzjoni, il-ħarsien ta' l-ambjent, il-mudell soċjali u ekonomiku Ewropew u oħrajn. Is-Summit taż-Żgħażagħ se jittella' fl-istess waqt tal-laqgħa tal-Kapijiet ta' l-Istat u tal-Gvern f'Berlin.

Samit taż-ŻgħażagħEnglish (3’37’’)

Samit taż-ŻgħażagħEnglish (5’52’’)

L-ewwel Samit taż-Żgħażagħ ta' l-UE, li qed jiġi organizzat mill-Kummissjoni Ewropea bil-kooperazzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej, huwa opportunità għall-ġenerazzjoni żgħażugħa sabiex tesprimi l-aspirazzjonijiet tagħha u tagħti kontribut attiv lit-tfassil tal-futur ta' l-Ewropa.Għan dan is-samit huwa li jingħata kontribut konkret miż-żgħażagħ dwar id-dibattitu li jinsab għaddej bħalissa dwar il-ġejjieni ta' l-Ewropa fid-dawl ta' l-elezzjonijiet Ewropej li se jittellgħu fir-rebbiegħa ta' l-2009.

'Il fuq minn 200 delegat żgħażugħ mis-27 Stat Membru ta' l-UE se jattendu s-Samit: sitt żgħazagħ minn kull pajjiż ta' l-UE (maħtura mill-Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ u permezz tad-dibattiti nazzjonali), flimkien ma' rappreżentanti mill-organizzazzjonijiet Internazzjonali non-governattivi taż-Żgħażagħ.

Bi tħejjija għas-Samit taż-Żgħażgħaħ, fil-bidu ta' Jannar inbeda proċess ta' dibattitu u konsultazzjoni. F'laqgħa preparatorja, sittin rappreżentant mill-Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ u mill-organizzazzjonijiet internazzjonali non-governattivi taż-żgħażagħ ħadmu sabiex jidentifikaw it-temi li għandhom jiġu diskussi f'Ruma u pproduċew dokument ta' diskussjoni. Din il-ħidma tkompliet permezz ta' dibattiti u konsultazzjonijiet nazzjonali mill-organizzazzjonijiet Internazzjonali non-governattivi taż-Żgħażagħ madwar l-Ewropa kollha. Ir-riżultati tad-diskussjonijiet nazzjonali u l-laqgħa preparatorja se jiġu ppreżentati f'Ruma.

Fis-Samit taż-Żgħażagħ, id-delegati se jiffinalizzaw il-kontributi għad-Dikjarazzjoni ta' Ruma dwar iż-Żgħażagħ, li se tkun tinkludi s-sotto-temi li ġejjin u li se jiġu affrontati fi ħdan il-gruppi ta' ħidma:

  • il-futur tat-Trattat ta’ l-UE;
  • il-mudell socjali u ekonomiku ta' l-UE;
  • l-iżvilupp sostenibbli;
  • sehem l-UE f'dinja globalizzata;
  • id-demokrazija u s-soċjetà ċivili;
  • iż-żgħażagħ u l-edukazzjoni.

Nhar il-Ħadd, 25 ta' Marzu, id-delegati żgħażagħ se jiddiskutu l-konklużjonijijiet tal-workshops.Dawn se jaddottaw id-"Dikjarazzjoni ta' Ruma dwar iż-Żgħażagħ" li se jkun fiha l-messaġġi tagħhom għall-futur ta' l-Unjoni Ewropea, li se jitwasslu lill-mexxejja ta' l-UE li se jkunu qed jiltaqgħu f'Berlin tul l-istess tmiem il-ġimgħa.

Flimkien mas-Samit, se jkun hemm ukoll iċ-ċans li wieħed jiddeverti u jipparteċipa fil-kumplament taċ-ċelebrazzjonijiet f'Ruma.

Il-Programm tas-Samit taż-Żgħażagħ

23 ta' Marzu

  • Preżentazzjoni tar-riżultati tad-dibattiti u l-konsultazzjonijiet nazzjonali mill-organizzazzjonijiet Internazzjonali non-governattivi taż-Żgħażagħ.  

24 ta' Marzu

  • Il-ftuħ uffiċjali fil-preżenza, fost oħrajn tal-Prim Ministru Taljan is-Sur Romano Prodi, il-Viċi-President tal-Parlament Ewropew is-Sur Alejo Vidal-Quadras, il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea s-Sinjura Margot Wallström, u l-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, il-Kultura u ż-Żgħażagħ is-Sur Jàn Figel'
  • Workshops dwar is-sitt temi.

25 ta' Marzu

  • Dibattitu plenarju u l-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Ruma dwar iż-Żgħażagħ u tal-messaġġi
  • Id-Dikjarazzjoni ta' Ruma dwar iż-Żgħażagħ tingħadda lill-Istituzzjonijiet Ewropej
  • Dibattitu permezz ta' kelliema fuq panel mal-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea s-Sinjura Margot Wallström, u l-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, il-Kultura u ż-Żgħażagħ is-Sur Jàn Figel', u l-Viċi-President tal-Parlament Ewropew is-Sur Alejo Vidal-Quadras.Moderatur: Il-President tal-Moviment Ewropew, is-Sur Pat Cox.

Niżżel il-programm mill-internet pdf - 2 MB [2 MB] English (en) .

Il-fażi preparatorja tas-Samit taż-Żgħażagħ

Laqgħa preparatorja

Il-laqgħa preparatorja ttellgħet fi Brussell mit-18 sa l-20 ta' Jannar 2007.

Aqra l-konklużjonijiet ta' din il-laqgħa preparatorja.

Id-dibattiti nazzjonali

Il-ħidma preparatorja tkompliet permezz ta' dibattiti Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali fl-Istati Membri kollha. Id-dibattiti ttellgħu mill-Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ b'kooperazzjoni mill-Kummissjoni Eweropea, il-Parlament Ewropew u l-Aġenziji Nazzjonali.

Dokument ta' diskussjoni għad-dibattiti nazzjonali pdf - 50 KB [50 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr)

Domandi ta' gwida għad-dibattiti nazzjonali

Noti ta' gwida għad-dibattiti nazzjonali

Il-konklużjonijiet tad-dibattiti nazzjonali u l-kontributi mill-organizzazzjonijiet Internazzjonali non-governattivi taż-Żgħażagħ.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna