Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

L-UE ta' 50 sena tmur lura lejn art twelidha

L-UE ta' 50 sena tmur lura lejn art twelidha

09/03/07

L-avvenimenti f'Ruma għandhom jinvolvu l-astronawti, l-arti u d-dibattiti dwar l-Ewropa ta' għada.

Fil-25 ta' Marzu 1957, il-mexxejja ta' sitt pajjiżi Ewropej iltaqgħu sbiex jiffirmaw ftehim storiku li fforma l-bażi ta' l-Ewropa tal-lum. Ħamsin sena wara, nies minn madwar l-Ewropa kollha se jkunu qed jiċċelebraw dan il-pass f'Ruma, il-belt li rat lill-UE titwieled.

L-avveniment ewlieni għandu jkun is-Samit taż-Żgħażagħ, dibattitu ta' jumejn li jgħaqqad żgħażagħ minn madwar l-Ewropa kollha. Fl-istess ħin, l-aktar punti famużi tal-belt se jkunu qed jospitaw serje ta' konferenzi, dibattiti u avvenimenti oħra li jkunu jinvolvu lill-NGOs, awtoritajiet lokali, personaġġi politiċi u l-pubbliku ġenerali.

Fil-Palazzo Senatorio, fejn hemm is-Sindku ta' l-uffiċċju ta' Ruma, se jkun hemm konferenza bl-isem "50 sena ta' Ewropa: is-sena żero ta' l-Ewropa?". Il-pjattaforma ta' l-UE għall-interessi reġjonali, il-Kumitati tar-Reġjuni, se jkollu sessjoni speċjali fil-prestiġjuż Auditorium Conciliazione. U għadd ta' kapolavuri ewlenin Ewropej, inklużi "The Thinker" ta' Rodin u “Portrait of a man” ta' Tiziano, se jkunu għall-wiri fil-Quirinale, ir-residenza tal-President Taljan.

F'dak li forsi huwa l-aktar avveniment oriġinali, studenti u riċerkaturi fl-università prestiġjuża La Sapienza ser ikollhom l-opportunità jiddibattu l-programm spazjali ta' l-UE ma' għadd ta' astronawti Ewropej , filwaqt li universitajiet oħra ser jiftħu biebhom għall-pubbliku għall-"Equinox ta' l-għarfien". Dan l-avveniment li jdum il-lejl kollu jilħaq il-qofol tiegħu b'serje ta' kompetizzjonijiet sportivi fi Stadio dei Marmi. Dawn jinvolvu atleti minn universitajiet madwar l-Ewropa.

Skopri x'qed jittella aktar fl-UE f'Marzu

Skopri x'qed jittella aktar madwar id-dinja f'Marzu

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna