Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > Dak li qed niċċelebraw

Dak li qed niċċelebraw

Tifel qed jilgħab bl-istilel tal-baħar fuq ir-ramelL-iffirmar tat-Trattat ta' Ruma fil-25 ta' Marzu 1957 ħoloq il-familja tagħna Ewropea. Ħamsin sena wara, qed noqorbu aktar lejn xulxin. Għalkemm bqajna differenti fil-kultura, fil-lingwi u fit-tradizzjonijiet, l-għaqda tagħna tibbaża ruħha fuq valuri komuni:il-libertà, id-demokrazija, is-supremazija tal-liġi, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza. Ħamsin sena wara, għandna ħafna x'niċċelebraw.

Il-Paċi u l-istabbilità

Ħamsin sena bla gwerer bejn  il-pajjiżi li llum il-ġurnata jiffurmaw l-UE hija xi ħaġa li qatt ma ġrat fl-istorja. L-integrazzjoni, u l-espansjoni minn sitta għal 27 pajjiż, kellha sehem qawwi biex dan iseħħ. Fl-istess waqt, l-UE saret qawwa għall-paċi fid-dinja.

Il-libertà u d-demokrazija

Id-demokrazija hija valur ewlieni li naqsmu bejnietna. Fost dawn il-valuri, l-UE daħħlet il-libertà billi żiedet libertajiet ġodda - il-libertajiet li jippermettu li n-nies u l-oġġetti jiċċaqalqu bejn il-fruntieri tagħha. Nistgħu nistudjaw, naħdmu, jew ngħixu f'pajjiż ieħor ta' l-UE b'burokrazija minima. U nistgħu ngawdu l-benefiċċji soċjali u tas-saħħa kullimkien. L-ivvjaġġar madwar l-UE bla passaport dejjem qed jiżdied. L-UE wittiet ukoll it-triq għal żona fejn il-fruntieri ma jostakolawx il-ġustizzja jew is-sikurezza.

Il-prosperità

Iċ-ċittadin ta' l-UE jgawdi livelli ta' l-għajxien li huma fost l-ogħla fid-dinja. Fl-istess waqt igawdi wkoll fost l-ogħla livelli soċjali. Dan huwa l-mod Ewropew:li l-prosperità li qed tiżdied tkun ibbilanċjata mal-mudell soċjali Ewropew. L-ekonomija msaħħa permezz ta' l-għaqda tal-pajjizi ġabet magħha responsabbiltajiet globali, li l-UE tirrifletti fil-politiki tan-negozju u l-għajnuna tagħha.

L-impjiegi u t-tkabbir

Il-ħidma flimkien wasslet għal suq wieħed – l-akbar żona ta’ kummerċ ħieles fid-dinja, munita waħda għall-maġġoranza taċ-ċittadini ta' l-UE,  livelli komuni ta' ħarsien ambjentali u sigurtà tal-prodotti. Dan ħoloq impjiegi u tkabbir u wessgħalna l-għażla ta' prodotti u servizzi bi prezz kompetittiv.

Dawn huma kisbiet uniċi ta' min niċċelebrawhom. Imma dan kollu mhuwiex biss dwar l-imgħoddi. Hija opportunità unika biex nifhmu aħjar il-preżent u nħarsu lejn il-ġejjieni sabiex niddiskutu x'Ewropa rridu.

Anniversarju bħal dan jistħoqqlu aktar minn jum wieħed. Minn issa sa tmiem is-sena, se jittellgħu varjetà kbira ta' avvenimenti madwar l-Ewropa kollha. Nisperaw li tgawduhom! 

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna