Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > Pubblikazzjonijiet u prodotti speċjali

Pubblikazzjonijiet u prodotti speċjali

Pubblikazzjonijiet

50 ways forward - Europe's best successes
50 ways forward - Europe's best successes  Dan il-ktejjeb għandu l-għan li jurik - b'mod pjaċjevoli u attrajenti - 50 storja dwar kif in-nies ta' l-Ewropa, u lil hinn, ibbenefikaw, u se jkomplu jibbenefikaw, mill-kooperazzjoni Ewropea.

Taking Europe to the world - 50 years of the European Commission's External Service
Taking Europe to the world - 50 years of the European Commission's External Service  Ktejjeb, disponibbli wkoll onlajn, li jiddeskrivi b'lingwaġġ ċar l-iżvilupp u l-espansjoni ta' l-erba' komponenti prinċipali tar-relazzjonijiet esterni ta' l-UE – l-iżvilupp tan-negozju, l-għajnuna, l-għajnuna umanitarja u l-politika barranija – mill-iffirmar tat-Trattat ta' Ruma ħamsin sena ilu 'l hawn. Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bl-Ingliż biss.

Statistical portrait of the European Union 2007
Statistical portrait of the European Union 2007 Din il-pubblikazzjoni tipprovdi daħla ġenerali għall-oqsma u l-għanijiet ta' oqsma politiċi elenkati fil-preambolu tat-Trattat tal-KEE u ġabra ta' 50 indikatur statistiku li juru kif kienu żviluppati l-oqsma u x'inkiseb f'50 sena.

European Union: the next 50 Years
European Union: the next 50 Years  Din hija ġabra ta' 50 artiklu mill-ħassieba ewlenin u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet minn madwar l-Ewropa u lill-hinn. Fiha kontribuzzjonijiet minn ċittadini ta' kull Stat Membru ta' l-UE, u daħliet minn Angela Merkel, il-Kanċillier Ġermaniż, u Jose Manuel Barroso, il-President tal-Kummissjoni ta' l-UE. Il-pubblikazzjoni hija inizjattiva tal-Financial Times Business and Agora Projects, b'assoċjazzjoni mal-London School of Economics and Political Science.

50 Years Euratom Treaty: Un temps pour le bilan
Pubblikazzjoni kommemorattiva dwar il-ħamsin sena tat-trattat Euratom. Il-ktieb iħares lejn l-aspetti storiċi tat-trattat, lejn kif kienu applikati l-istrumenti tiegħu tul il-ħamsin li ilu jeżisti u lejn l-oqsma ewlenin li jkopri: L-iżvilupp tar-riċerka u t-tixrid ta' l-għarfien, il-ħarsien tas-saħħa u l-ambjent, l-ekonomija nukleari, is-salvagwardji nukleari u l-użu paċifiku tal-materjali nukleari, ir-relazzjonijiet internazzjonali. Disponibbli bil-Franċiż, l-Ingliż u l-Ġermaniż.

The Rome Treaty, 50 years on
Se jsir ktieb kommemorattiv dwar l-istorja ta' l-Ewropa, il-kisbiet u n-nuqqasijiet tat-Trattat ta' Ruma. Il-ktieb se jkun ppubblikat fl-1 ta' Jannar 2008 bl-Ingliż u bil-Franċiż.

The Treaties of Rome and the headlines, 25.3.1957
The Treaties of Rome and the headlines, 25.3.1957 Din il-ġabra - fuq gazzetti u b'furmat tal-gazzetti - kienet ġiet ippubblikata meta ġew iċċelebrati l-40 sena u fiha l-faċċati ta' 32 gazzetta fi 15-il stat membru.

Cultural Reflections of Europe on Spain
 Ktieb li jinkludi 27 artiklu miktubin minn 27 personalità fil-kultura, wieħed minn kull Stat Membru (150 faċċata bit-tpinġijiet). Dawn jagħtu impressjonijiet li għandhom bħala ċittadini Ewropej f'dan l-anniversarju, u mill-għarfien partikolari tagħhom dwar il-kultura Spanjola, dwar ir-rabtiet bejn Spanja u l-Unjoni Ewropea.


50 years building Europe - Dak kollu li dejjem xtaqt tkun taf dwar l-Ewropa
50 years building Europe Ktejjeb maħsub għall-għalliema u nies oħra li jxerrdu l-opinjonijiet fi Spanja. Fih sinteżi tas-suġġetti kollha li jirrigwardaw l-integrazzjoni Ewropea.

Tiny news on Europe for young people
Tiny News on Europe for young people Il-?ames numru ta' din ir-revista perjodika dwar l-Ewropa g?at-tfal ta' bejn it-8 u t-12-il sena ppubblikata mir-Rappre?entazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fi Spanja tkun iddedikata g?all-50 anniversarju.

The Berlin Declaration
50 sena wara l-ħolqien ta' l-Unjoni Ewropea, il-mexxejja attwali ltaqgħu f'Berlin biex jiċċelebraw għeluq sninha f'Marzu 2007. Ir-riżultat tal-laqgħa huwa miġbur fid-Dikjarazzjoni ta' Berlin, dokument li għandu viżjoni għall-UE u jagħti ħarsa lejn l-ambizzjonijiet għall-futur ta' l-Ewropa.

Iċ-Ċentru Konġun tar-Riċerka - 50 sena ta' xjenza fl-Ewropa
Din il-pubblikazzjoni tagħti ħarsa ġenerali lejn il-50 sena li fihom ilu jeżisti il-JRC - mill-ewwel darba li ssemma fit-Trattat Euratom ta' l-1957 sal-lum, meta dan sar iċ-Ċentru ta' referenza ta' l-Unjoni fl-oqsma tax-xjenza u t-tekonoloġija. Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bl-Ingliż biss.

European Integration Lessons
European Integration Lessons  European Integration LessonsDan il-ktieb, li huwa disponibbli bil-Litwan, inħareġ għall-għalliema sabiex jippromwovu s-suġġetti b'laqta Ewropea fl-iskejjel. L-għalliema u l-istudenti huma mħeġġa jiddiskutu dwar kwistjonijiet konnessi ma' l-UE u r-rwol tal-Litwanja fl-UE. Il-ktieb se jitqassam lill-iskejjel.

Tlaqna lejn Brussell!
We are going to Brussels!  F'dan il-ktejjeb għat-tfal, iż-żiemel ta' l-UE mis-Sassonja t'Isfel (imsejjaħ “Eurogalappo“) se jerħilha lejn Brussell sabiex iżur l-Istituzzjonijiet ta' l-UE. Hu jispjega x'jagħmlu dawn u kif iwettqu ħidmiethom. Din il-pubblikazzjoni nħarġet bil-Ġermaniż biss.

European Economic and Social Committee resolution to celebrate the 50th anniversary of the Treaty of Rome
European Economic and Social Committee resolution to celebrate the 50th anniversary of the Treaty of Rome  Fl-14 ta' Marzu 2007 l-EESC iċċelebra l-50 anniversarju tat-Trattat ta' Ruma, bis-Sur Max Kohnstamm, l-eks Segretarju ta' l-Awtorità Għolja tal-Komunità tal-Faħam u l-Azzar u assistent ta' Jean Monnet. Fl-okkazzjoni, is-Sessjoni Plenarja ta' l-EESC unanimament adottat Riżoluzzjoni.

ECAS Manifesto: 10Cs for the 50th anniversary of the Treaty of Rome
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni taċ-Ċittadin (ECAS) ippubblika Manifest ta' 10 punti li jsejjaħ għal firxa estensiva ta' riformi li ta' min jiġu implimentati fl-UE. L-assoċjazzjoni ssostni li għandha ssir tranżizzjoni mill-Ewropa ekonomika tat-Trattat ta' Ruma għal Ewropa taċ-ċittadini. Dan id-dokument ta' 5 paġni jinsab disponibbli bl-Ingliż biss.

EU anniversary special supplement
Suppliment iddedikat għal kisbiet tal-Komunità Ewropea matul dawn il-50 sena u t-tliet snin ta' l-Estonja fl-UE se jiġi mqassam ma' ġurnali Estonjani u Russi fit-22 ta' Marzu 2007.

50 years of the EU insert
48 paġna tal-ġurnali “Newsweek“ fil-Polonja se jkunu ddedikati sabiex juru l-Istorja tat-Trattat ta' Ruma u t-tliet snin tal-Polonja fl-UE.

The Identity of the Old Continent and the Future of the European Project
Ktieb speċjali ta' kitbiet minn akkademiċi Pollakki famużi. Il-ktieb se jippreżenta l-ideat Pollakki dwar l-oriġini u l-futur tar-rwol ta' l-Unjoni Ewropea u tal-Polonja fl-UE fil-50 sena li ġejjin. Disponibbli bil-Pollakk biss.

The European Idea in Poland in the XX Century
Dan il-ktieb jippreżenta l-intellettwali u l-politċi l-aktar importanti tal-Polonja tal-seklu XX u l-kontribuzzjoni tagħhom lejn il-filsofija Ewropea dwar l-integrazzjoni. Disponibbli bil-Pollakk biss.

Children's booklet
Ejja nwasslu l-UE għand it-tfal! Dan il-ktejjeb prodott mill-Uffiċċju ta' l-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew f'Budapest se jġiegħel lill-aktar ċittadini żgħar tagħna jilgħabu bil-puzzles, stickers, kwizzijiet u logħob dwar l-Unjoni Ewropea. Il-pubblikazzjoni se titqassam fil-fieri, wirjiet u skejjel minn nofs Settembru. Disponibbli bl-Ungeriż biss.

L-Aħbarijiet dwar l-Ekonomija Ewropea: 50 sena ta' integrazzjoni ekonomika
Edizzjoni speċjali tar-rivista tal-Kummissjoni Ewropea European Economy News devot kollu kemm hu għall-integrazzjoni bejn l-ekonomiji ta' l-Ewropa. Ir-rivista tesplora xi wħud mis-suġġetti ewlenin ta' l-UE, bħad-dritt taċ-ċittadin li jgħix u jaħdem fejn irid fl-Ewropa, il-munita unika u suq waħdieni. Bl-Ingliż biss.

50 aastat ühinemist (50 Sena ta' integrazzjoni)
Dan is suppliment speċjali, disponibbli bl-Estonjan u r-Russu, kien ippubblikat fil-gazzetti ta' kuljum fl-Estonja f'Marzu biex jikkommemora l-anniversarju tat-Trattat ta' Ruma. Is-suppliment fih artikli dwar suġġetti Ewropej varji b'kontribuzzjonijiet minn politiċi nazzjonali kif ukoll Ewropej.

European Social Fund: 50 years investing in people - 50th anniversary book
Fl-okkażżjoni tal-50 anniversarju tal-Fond Soċjali Ewropew (ESF), Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ktieb bl-istampi li jiddeskrivi l-attivitajiet ta' l-ESF fil-ħamsin sena li għaddew. Dan il-ktieb jinsab bl-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż. Barra minn hekk, ġie ppubblikat fuljett fi 23 lingwa, li jipprovdi tagħrif ta' referenza bażika dwar l-ESF.

Il-Kummissjoni Ewropea, 1958-72 – l-Istorja u l-Memorji
Din il-pubblikazzjoni hija kemm dokument storiku kif ukoll kommemorazzjoni li tkopri s-snin bikrija tal-Kummissjoni Ewropea qabel l-ewwel tkabbir Il-ktieb inkiteb minn storiċi Ewropej abbażi t-tifkiriet ta' xi 120 persuna li kienu involuti dak iż-żmien. Huwa rappreżentazzjoni tat-twelid tal-Kummissjoni, l-isfidi tal-bidu tagħha u l-iżvilupp politiku u amministrattiv. Disponibbli bl-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Olandiż.

 

Pubblikazzjonijiet ta' referenza

Panorama of the EU
Panorama of the EU Dan il-fuljett jagħti daħla qasira għall-politika u l-kisbiet ewlenin ta' l-UE. Jinkludi mappa ta' l-Ewropa.

Europe in 12 lessons
Europe in 12 lessons Ktejjeb li jagħti ħarsa komprensiva lejn l-għan ta' l-UE, kif u għala twaqqfet, kif taħdem u x'kisbet għaċ-ċittadini.

Aktar pubblikazzjonijiet

EU Bookshop
L-EU Bookshop huwa servizz onlajn li jagħti aċċess għall-pubblikazzjonijiet mill-istituzzjonijiet ta' l-UE, l-aġenziji u organizzazzjonijiet oħra. Barra minn hekk, dan is-servizz joffri katalgu onlajn u arkivju tal-pubblikazzjonijiet kollha ta' l-UE.

Easy Reading Corner
Hawnhekk għandek issib ktejbiet li jispjegaw, bl-aktar mod sempliċi, x'inhi l-Unjoni Ewropea u x'tagħmel kif ukoll mapep, powsters u kartolini u ktejbiet dwar l-UE għaż-żgħażagħ.

...iktar

Siti tal-web

Traité de Rome
Traité de Rome Din il-websajt hija ddedikata għal 50 anniversarju tat-Trattat ta' Ruma u hi mnieda mill-gvern Franċiż. Wieħed isib dokumenti storiċi bħal per eżempju filmati u ritratti li jippreżentaw l-istorja ta' l-Unjoni Ewropea. Tinkludi ukoll kontribuzzjonijiet minn personalitajiet ewlenin Ewropej u lista ta' kull ċelebrazzjoni li se ssir fi Franza.

Insieme dal 1957
Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea fl-Italja ħolqot sezzjoni speċjali fil-websajt tagħha msemmija “Insiema dal 1957“ (Flimkien mill-1957), iddedikata kollha kemm hi għall-anniversarji ewlenin matul l-2007. Il-50 anniversarju tat-Trattati ta’ Ruma; iċ-ċentinarju mit-twelid ta' Altiero Spinelli; l-20 anniversarju tal-programm Erasmus u t-30 anniversarju ta' l-Istitut Universitarju Ewropew.

Niċċelebraw l-Ewropa fi Brussell fl-2007
Din il-websajt, mibnija mill-uffiċċju tat-Turiżmu u l-Konvenzjoni, tipprovdi informazzjoni dwar iċ-ċelebrazzjonijiet li se jsiru fi Brussell fl-2007. 

Europafest
Il-gvern Ġermaniż nieda din il-websajt sabiex jippromwovi l-avvenimenti li se jsiru fil-Ġermanja matul l-24 u l-25 taq' Marzu. Issib ukoll informazzjoni dwar l-istorja ta' l-UE.

Euros du village
Din il-websajt nediet sezzjoni speċjali fil-50 anniversarju tat-Trattat ta' Ruma, tinkludi filmati b'intervisti ma' Ewropej prominenti fejn jaqsmu l-opinjoni tagħhom dwar il-futur ta' l-Ewropa, l-esperjenzi tagħhom u l-ħolma Ewropea tagħhom.

Vivieuropa
Fl-Italja, id-Dipartiment għall-Politiki ta' l-UE (l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) fetaħ sit web ġdid biex jipprovdi tagħrif dwar l-istituzzjonijiet ta' l-UE, il-programmi, is-servizzi, il-finanzjament u biex jenfasizza kif l-UE tejbet il-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini tagħha.

The 50th anniversary in Ireland
The 50th anniversary in Ireland Id-Dipartiment Irlandiż ta' l-Affarijiet Barranin ħoloq qasam ġdid fis-sit tal-web tiegħu ddedikat għall-50 anniversarju. Dan jiffoka fuq iċ-ċelebrazzjonijiet organizzati fil-pajjiż.

 

Fra de Seks til de 27 (minn Sitta sa 27)
Sit web Daniż li juri l-istorja tar-relazzjoni Daniża ma' l-UE mill-lenti ta' l-istejjer fil-faċċata ta' quddiem tal-gazzetti Daniżi.  

...iktar

Filmati

Fl- EU audiovisual service tista' ssib bosta filmati li juru l-avvenimenti ewlenin tal-proċess tal-ħolqien ta' l-Ewropa.

50 years of European research
European research Dan il-filmat jenfasizza l-kisbiet mir-riċerka Ewropea matul dawn l-aħħar 50 sena, bħal per eżempju l-ħolqien tat-telefowns ċellulari GSM-standard, l-iżvilupp tal-WorldWideWeb u l-ikbar laboratorju tad-dinja tal-fisika tal-partiċelli Il-filmat intwera fuq EuroNews u huwa disponibbli onlajn b'seba' lingwi.

Filmati fuq il-programm MEDIA
Filmati fuq il-programm MEDIA Dawn il-ħames filmati għandhom xeni mill-“blockbusters“ Ewropej li ingħataw appoġġ minn MEDIA, programm ta' appoġġ ta' l-UE għall-industrija awdjoviżiva Ewropea. Jinkludu xeni minn L’Auberge espagnole, Goodbye Lenin, Le Fabuleux destin d'Amelie Poulain, The Pianist, Billy Elliot, Mar adentro, La vita e bella u films oħrajn. Il-filmati huma disponibbli fuq DVD fit-23 lingwa uffiċċjali kollha ta' l-UE u onlajn.

EU Tube - nuru l-ħsejjes u l-viżjonijiet ta' l-Ewropa
EU Tube, l-istazzjon ta' l-UE fuq is-sit tal-You Tube, wieħed mill-aktar forums popolari ta' l-iskambju tal-filmati, juri filmati dwar il-kampanji ta' l-UE, intervisti, dibattiti, eżempji konkreti ta' l-applikazzjoni tal-liġi ta' l-UE u ħafna aktar. Il-filmati huma disponibbli f'ilsna differenti u l-viżitaturi jistgħu jħallu l-kummenti tagħhom dwar il-kontribuzzjonijiet varji.

Videos on environment
Videos on environment Dan il-pakkett ta VNRs awdjoviżivi ta' 2-5 minuti għandu jgħin lill-midja biex tpinġi l-50 sena tal-Politika Ambjentali Ewropea u l-kisbiet tagħha. Il-passat, il-preżent u l-ġejjieni ta' l-azzjoni ambjentali Ewropea ser ikunu illustrati f'dawn it-temi: l-arja, l-ilma, l-iskart, in-natura u l-biodiversità, il-protezzjoni ċivili, il-kimiċi u t-tibdil fil-klima.

DVD “Europe needs your visions“
DVD li fih l-“aqwa“ tar-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-konkors dwar il-kreattività taż-żgħażagħ Ġermaniżi “Youropean vision“, li juri l-viżjonijiet taż-żgħażagħ dwar l-Ewropa. Kif jaraw il-ġejjieni ta' l-Ewropa “tagħhom“ iż-żgħażagħ? Studenti minn 12-il belt Ġermaniża pproduċew filmat biex juru l-viżjoni tagħhom ta' l-Ewropa.

The Human 50 clip
The Human 50 clip Biex jiċċelebraw għeluq il-50 sena ta' l-UE, 'il fuq minn 900 impjegat tal-Kummissjoni Ewropea nġabru biex jiffurmaw in-numru 50 uman. L-avveniment ġie ffilmjat u muri f'filmat ta' 40 sekonda.

Il-Parlament Ewropew u l-Bini ta' l-Ewropa
Dan il-filmat juri l-aktar punti importanti fl-istorja ta' l-UE, mit-Tieni Gwerra Dinjija sa l-abbozz tal-Kostituzzjoni fl-2006. Agħżel il-perjodu li jinteressak u ara ftit x'kien qed jiġri fl-Ewropa f'dak iż-żmien b'għajnejk stess.

...iktar

Powsters u kartolini

Ċart biex titwaħħal mal-ħajt dwar l-istorja ta' l-UE
Ċart biex titwaħħal mal-ħajt dwar l-istorja ta' l-UE Iċ-ċart ta' mal-ħajt “Europe on the move – the story of the EU” hija ta' daqs A1 (59.4 x 84 cm) u tippreżenta mawra storika kemm ta' l-UE kif ukoll ta' l-istorja in ġenerali wara t-Tieni Gwerra Dinija.

Powster bil-logo ta' l-anniversarju 'Flimkien mill-1957“
Dan il-powster ta' daqs A2 (42 x 59.4 cm) huwa disponibbli fi 23 verżjoni lingwistika. Disponibbli wkoll mill-punti tal-Europe Direct u r-Rapprezentazzjonijiet ta' l-UE.

Kartolina bil-logo ta' l-anniversarju 'Flimkien mill-1957“
Kartolina bil-logo ta' l-anniversarju 'Flimkien mill-1957“ Disponibbli wkoll mill-punti tal-Europe Direct u r-Rapprezentazzjonijiet ta' l-UE.

Time line poster on EU environmental action
This is a poster portraying a “time-line“ of 50 years of protecting Europe's environment.

Poster featuring the main steps of the last 50 years of the EU
Poster featuring the main steps of the last 50 years of the EU Powster ikkulurit 69x91 cm, magħmul mill-Uffiċċju ta' l-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew f'Budapest. Il-powster jiddiskrivi l-passi ewlenin ta' l-integrazzjoni Ewropea u t-tkabbir, u fih deskrizzjoni qasira dwar it-Trattat ta' Ruma kif ukoll mapep spettakolari ta' l-Ewropa li juru s-siti ta' l-istituzzjonijiet, l-entitajiet u l-aġenziji ta' l-UE. Il-powster juri wkoll fatti umoristiċi dwar l-UE (bħal l-lokalità bl-itwal isem) u elenku ta' lingwi offiċjali. Disponibbli biss bl-Ingliż u u bl-Ungeriż.

...iktar

Wallpapers

Biex tniżżel dan il-wallpaper, ikklikkja fuq l-istampa. Għandek żewġ qisien minn fejn tagħżel: Kbir (1024x768) u żgħir (800x600).

Wallpaper 800x600 jpeg - 57 KB [57 KB]  800x600

Wallpaper 1024x768 jpeg - 85 KB [85 KB]  1024x768

...iktar

Munita Kommemorattiva

Commemorative coin

Sabiex jikkommemoraw il-50 anniversarju ta' l-Unjoni Ewropea, fil-25 ta' Marzu 2007 il-pajjiżi li qiegħdin fiż-żona ta' l-euro se joħorġu fiċ-ċirkolazzjoni munita ta' €2 coin li tirrappreżenta l-Piazza del Campidoglio f'Ruma fejn ġie ffirmat it-Trattat ta' Ruma fil-25 ta' Marzu 1957. Assolutament għall-ewwel darba se toħroġ munita mill-pajjiżi kollha taż-żona euro biex tikkommemora l-istess avveniment u naħiet nazzjonali kollha tal-munita se jkunu bbażati fuq disinn komuni. L-uniku element li se jkun differenti u li jiddistingwi l-verżjonijiet tal-pajjiżi huwa l-lingwa użata. B'kollox se joħorġu kważi 90 miljun munita.

...iktar

Bolol u enveloppi

L-awtoritajiet postali Portugiżi, Griegi, Irlandiżi, Ċiprijotti, Litwani, Pollakki, Franċiżi, Ġermaniżi, Sloveni, Taljani, Belġjani u Spanjoli se joħorġu bolol kommemorattivi. .

L-Uffiċċju Postali Pubbliku tal-Portugall b'kooperazzjoni mar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni ser joħroġ bolla speċjali fil-25 ta' Marzu 2007 bil-logo uffiċjali adottat mill-istituzzjonijiet ta' l-UE “Flimkien mill-1957“, envelop speċjali u fuljett żgħir.

Bolol

L-awtoritajiet postali tal-Greċja se joħorġu bolol kommemorattivi b'valur kummerċjali normali li se jkunu disponibbli matul l-2007 għal dawk kollha li jużaw is-servizzi postali u mhux għall-filatelisti biss.

 

Il- posta Irlandiża se toħroġ bolla ta' 55c li tfakkar il-50 anniversarju tat-Trattat ta' Ruma. Se joħroġ ukoll suvenir rari ta' Kopertura Numismatika Filatelika (5,000 biss se jiġu ppubblikati minn dawn) li jiġi ma' munita kommemorattiva speċjali prodotta mill-Bank Ċentrali.

Bolol Is- Servizzi Postali ta' Ċipru fasslu u ppreparaw għaċ-ċirkolazzjoni bolla kommemorattiva fit-3 ta' Mejju. 

 

Fil-Litwanja,, fl-24 ta' Marzu se jinħareġ envelop speċjali b'logo u bolla speċjali li jfakkru l-50 anniversarju. Fil-Posta tal-Litwanja, se tiġi organizzata proċedura speċjali ta' “ittimbrar“ għall-filatelisti. .

Bolol

Fil-25 ta' Marzu envelop speċjali li juri l-logo tal-50 anniversarju tat-Trattati ta' Ruma, bolla speċjali u marka tal-posta se jinħarġu mill-Uffiċċju Postali tal-Polonja b'kooperazzjoni mar-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-Polonja.

BololIs-servizz postali Franċiż qed jiċċelebra l-50 anniversarju b'bolla li tissimbolizza valur meqjus bħala fundamentali għall-ideal Ewropew li twieled mat-trattat ta' Ruma - is-solidarjetà.

Bejn Marzu u Diċembru 2007 ir-Rappreżentanza fil-Ġermanja tal-Kummissjoni Ewropea se tkun qed tuża marka postali speċjali disponibbli b'xejn li tgħid “Flimkien mill-1957“. Se jkun hemm disponibbli wkoll post marker tal-logo fil-'Fiera tal-bolol' f'Essen bejn it-3 u l-5 ta' Mejju. Ikun hemm għall-bejgħ ukoll envelop kommemorattiv bil-bolla waqt l-avveniment kif ukoll minn kull counter filateliku fil-Ġermanja.

Bolol

Fil-25 ta' Marzu bolla speċjali li turi l-verżjoni Slovena tal-logo ta' l-anniversarju “Flimkien mill-1957“ se tinħareġ mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fis-Slovenja flimkien ma' l-Uffiċċju Postali Sloven

 

 

Bolol

Is- servizz postali Taljan se joħroġ żewġ bolol kommemorattivi li jiċċelebraw il-50 anniversarju mit-trattat ta' Ruma li juru l-art tal-Palazzo del Campidoglio fejn kien ġie ffirmat it-trattat.

Bolol Is- servizz postali Belġjan se joħroġ bolla li tirrappreżenta s-sitt stati membri oriġinali (il-Belġju, il-Lussemburgu, l-Olanda, Franza, il-Ġermanja u l-Italja) kif ukoll envelop li juri l-logo ta' l-anniversarju “Flimkien mill-1957“.

Bolol Is- servizz postali Spanjol se jikkommemora l-50 anniversarju b'bolla speċjali li tirrappreżenta mappa ta' l-Ewropa bil-pajjiżi ta' l-UE mpinġija b'kuluri differenti skond meta daħlu fl-UE.

...iktar

Oħrajn

Lotterija

L-Għaqda Nazzjonali ta' l-Għomja fi Spanja (organizzaturi tal-lotterija popolari – ONCE) se jniedu biljett tal-lotterija kommemorattiv bin-numru 25.03.1957.

...iktar
Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna