Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2)
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Il-pjanijiet biex jittella' is-Samit taż-Żgħażagħ li mistenni jagħti sura lill-Ewropa t'għada jinsabu fl-aqwa tagħhom

Il-pjanijiet biex jittella' is-Samit taż-Żgħażagħ li mistenni jagħti sura lill-Ewropa t'għada jinsabu fl-aqwa tagħhom

30/01/07

L-ewwel samit taż-żgħażagħ li qatt sar u li se jittella' f'Ruma nhar l-24 u l-25 ta' Marzu dalwaqt magħna.Sittin delegat żgħażugħ mill-UE kollha ltaqgħu flimkien matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet fi Brussell ħalli jindirizzaw il-fatturi ewlenin li se jiffurmaw il-futur ta' l-UE. Dawn ipproduċew dokument ta' diskussjoni li fuqu għandhom jissejsu d-dibattiti nazzjonali li se jsiru matul l-ġimgħat li ġejjin madwar l-UE kollha.

Il-laqgħa, li ttellgħet mill-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej, ġabret flimkien żgħażagħ Ewropej maħtura mill-Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet internazzjonali taż-żgħażagħ sabiex jaqsmu bejniethom il-viżjonijiet u t-tħassib tagħhom dwar il-futur ta' l-Ewropa. Ittellgħu sitt workshops li ffokaw fuq: it-Trattat Kostituzzjonali, il-mudell soċjo-ekonomiku Ewropew, l-iżvilupp sostenibbli, rwol l-Unjoni fid-dinja, it-tiswir tad-demokrazija u s-soċjetà ċivili Ewropea kif ukoll iż-żgħażagħ u l-edukazzjoni fl-UE.

Mil-laqgħa ħareġ ċar il-messaġġ li ż-żgħażagħ iridu jkunu involuti fil-proċess tat-tifsil ta' l-Ewropa u huma lesti jikkontribwixxu għal dan. Bettina Schwarzmayr, il-President tal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej, qalet: "il-50 sena mindu ġie ffirmat it-Trattat ta' Ruma huwa bla ebda dubju mument ta' ċelebrazzjoni u ninsabu lkoll kuntenti li l-proġett ta' paċi msejjaħ 'Ewropa' għalaq 50 sena. Imma, fl-istess waqt, ninsabu konxji li ta' min immorru 'l hinn miċ-ċelebrazzjonijiet sentimentali u ndawru ħarsitna lejn il-futur konkret tal-proġett Ewropew. U rridu niddiskutu flimkien l-ideat tagħna għall-futur ta' l-Ewropa."

Mid-diskussjoni ta' dawn it-tliet ijiem ġà nibet ħjiel li wera li t-tħassib prinċipali taż-żgħaagħ Ewropej jikkonċerna l-edukazzjoni, l-impjiegi u l-ambjent. Meta staqsewha x'inhu l-pass li jmiss, Bettina wieġbet: "Dak li nistennew mis-Samit taż-Żgħażagħ huwa ideat konkreti dwar x'jeħtiġilna nagħmlu, ideat konkreti dwar kif se nissieltu l-qagħad, kif se nipproteġu l-ambjent, kif se niżguraw li nżommu livell għoli kwalitattiv fl-edukazzjoni."

L-istess aspettattivi u determinazzjoni huma komuni għall-parteċipanti kollha. Parteċipanta minnhom, Bianca Victoria Nesiu mir-Rumanija, spjegat: "Nemmnu li din hija opportunità importanti sabiex insemmgħu leħinna. Apparti dan, bħala Rumeni, qed nistennew bil-ħerqa li tibda l-fażi tad-dibattiti nazzjonali, peress li dan ser ikun mument opportun għaż-żgħażagħ Rumeni biex jirriflettu fuq l-adeżjoni riċenti ta' pajjiżhom ma' l-UE, u lkoll kemm aħna nesprimu x'jidhrilna u x'nistennew mis-sħubija fl-UE."

Issa d-dibattiti jkomplu fil-livell nazzjonali. Se jkun hemm konsultazzjonijiet fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali. Ma' tmiem din il-fażi, 200 żagħżugħ u żagħżugħa se jiltaqgħu f'Ruma għall-50 annniversarju mindu ġie ffirmat it-Trattat ta' Ruma u jaqblu bejniethom rigward għaxar messaġġi dwar il-futur ta' l-UE. Il-messaġġi se jitwasslu lill-Kapijiet ta' l-Istati u tal-Gvernijiet li se jiltaqgħu f'Berlin sabiex jaqblu dwar dikjarazzjoni politika li tistabbilixxi l-valuri u l-ambizzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.

Agħti titwila lid dokument ta' diskussjoni pdf - 50 KB [50 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr) għad-dibattiti nazzjonali.

Agħti titwila lir-rapporti tal-workshops permezz ta' dawn il-links:

Iż-żgħażagħ u l-edukazzjoni pdf - 14 KB [14 KB] English (en)

Insawru d-demokrazija u s-soċjetà ċivili fl-Ewropa pdf - 53 KB [53 KB] English (en)

L-UE f'dinja globalizzata pdf - 22 KB [22 KB] English (en)

L-iżvilupp sostenibbli pdf - 9 KB [9 KB] English (en)

Il-futur tat-Trattat Kostituzzjonali pdf - 9 KB [9 KB] English (en)

Il-mudell soċjo-ekonomiku pdf - 15 KB [15 KB] English (en)

Id- diskors tal-ftuħ pdf - 29 KB [29 KB] français (fr) mis-SinjuraOdile Quintin, id-Direttriċi Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (EAC)

Diskors tal-ftuħ pdf - 15 KB [15 KB] Deutsch (de) mis-Sur Jochen WEITZEL, id-Direttur tal-Politika għat-Tfal u ż-Żgħażagħ, fil-Ministeru Federali għall-Affarijiet tal-Familja, iċ-Ċittadini Anzjani, in-Nisa u ż-Żgħażagħ, il-Ġermanja

Ara filmat (4'40") tal-laqgħa

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | Fuq