Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
label_ii_alt_bannerqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Arkivji

Fokus fuq

Intervisti

Kun kburi meta tħares lura, kun kunfidenti meta tħares 'il quddiem

14/09/07

Waqt li l-Ewropa tiċċelebra l-50 anniversarju tagħha, il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji Joaquín Almunia jirrifletti dwar il-kisbiet tal-passat u l-prospetti tal-ġejjieni. ››  iktar

Il-kaos kreattiv imsejjaħ Ewropa

31/08/07

Id-direttur tal-films Ġermaniż Wim Wenders wieġeb il-mistoqsijiet li għamilnielu u qasam magħna l-viżjoni tiegħu ta' l-Ewropa. ››  iktar

Preżenza qawwija ta' Spanja fil-letteratura Ewropea.

13/07/07

Antonio Gamoneda, wieħed mill-aqwa poeti Spanjoli ta' żmienna jaqsam l-opinjoni tiegħu dwar l-Ewropa. ››  iktar

Xhieda u protagonisti

15/06/07

Mistoqsija waħda, żewġ xhieda u nofs seklu. Żewġ eks-kummissarji, Etienne Davignon, Frans Andriessen, ġew mitluba li kull wieħed minnhom jirrispondi għall-istess mistooqsija doppja sabiex aħna lkoll naqraw it-testimonjanza personali tagħhom dwar l-istorja ta' l-integrazzjoni Ewropea u t-tama tagħhom għall-futur ta' l-Ewropa.Hawn huma t-tweġibiet tagħhom.... ››  iktar

Xhieda u protagonisti

08/06/07

Mistoqsija waħda, żewġ xhieda u nofs seklu. Żewġ eks-kummissarji, Raymond Barre u Mario Monti, ġew mitluba li kull wieħed minnhom jirrispondi għall-istess mistooqsija doppja sabiex aħna lkoll naqraw it-testimonjanza personali tagħhom dwar l-istorja ta' l-integrazzjoni Ewropea u t-tama tagħhom għall-futur ta' l-Ewropa. Hawn huma t-tweġibiet tagħhom.... ››  iktar

David Reinert: Il-leħen Taljan fil-kostruzzjoni ta' l-Ewropa

29/05/07

Walter Hallstein introduċalil David Reinert ma' Teddy Kennedy bħala “l-aqwa interpretu”, xi ftit tas-snin wara l-iffirmar tat-Trattat ta' Ruma. David kien ingħaqad mal-Kummissjoni ftit wara li kien l-interpretu fil-kabina Taljana waqt l-iffirmar. Peress li kien diġa' ħadem ma' Konrad Adenauer qabel Ruma, irċieva telefonata jumejn qabel l-iffirmar biex jaraw jistax jgħin. Mar Ruma, konxju li kienet okkazzjoni imma bla ma rrealizza li l-futur tiegħu kien qed jinkixef quddiemu. ››  iktar

L-istejjer wara firma

21/05/07

Lil hinn miċ-ċentru ta' l-attenzjoni, l-iffirmar tat-trattat li beda l-UE fil-25 ta' Marzu 1957 kien milqut minn serje ta' inċidenti wkoll! Ferroviji devjati, entusjażmu żejjed min-naħa tal-fattigi, strajks ta' l-istudenti, kienu biss uħud mill-affarijiet li setgħu jfixklu l-istorja. Albert Breuer, wieħed mill-istaff responsabbli sabiex jorganizzaw iċ-ċerimonja f'Ruma, jaqsam il-memorji tiegħu ta' dawk il-ġranet storiċi. ››  iktar

Artikli

Mis-suq komuni sa l-Ewropa tal-poplu

02/01/08

It-Trattat ta’ Ruma, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1958 witta’ t-triq għall-UE l-moderna. Primarjament għaqda ekonomika meta bdiet, l-UE evolviet fi proġett li jaggarantixxi livelli għolja ta’ ħarsien soċjali għaċ-ċittadin. ››  iktar

Magħqudin fid-diversità fl-2008

21/12/07

Iċ-ċelebritajiet iniedu s-sena Ewropea għad-djalogu interkulturali. ››  iktar

It-Trattat ta' Liżbona jwassal lill-Ewropa lejn is-seklu 21

13/12/07

Il-qafas legali ġdid iħejji lill-UE biex tindirizza l-isfidi futuri u jagħti rwol aktar importanti lill-pubbliku. ››  iktar

Bieb il-ħsieb

07/12/07

Tabella ta’ l-ekwivalenza għandha tagħmilha aktar faċli għall-Ewropej biex jaħdmu jew jistudjaw x'imkien ieħor fl-UE. ››  iktar

Nimmodernizzaw is-suq integrat Ewropew

30/11/07

Triq ġdida għas-suq waħdieni Ewropew, hekk kif l-UE tpoġġi lill-konsumaturi u n-negozji ż-żgħar fuq quddiem. ››  iktar

Selfilna widnejk

23/11/07

Il-komunikazzjoni hija azzjoni bejn żewġ naħat. Li tintemm il-kwistjoni tal-ħtija bejn l-istituzzjonijiet ta' l-UE u l-pajjiżi membri huwa l-ewwel pass essenzjali lejn ħidma aħjar flimkien. ››  iktar

L-arti Ewropea m'għandhiex fruntieri

09/11/07

Festival ta' erba' xhur ta' arti, mużika, teatru u wirjiet taż-żfin jiġbed lejh l-aqwa kapolavuri artistiċi mill-UE kollha f'avveniment kulturali maġġuri. ››  iktar

It-tibdil fil-klima u l-iżvilupp, l-istess ġlieda

02/11/07

L-edizzjoni ta'  l-2007 tal-Jiem Ewropej ta' l-Iżvilupp se tkun ibbażata fuq il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. ››  iktar

L-iskambji ta' l-istudenti jsaħħu t-tagħlim matul il-ħajja fl-Ewropa

26/10/07

Erasmus jimmira fil-għoli – il-programm ta' skambju ta' l-istudenti għandu jippermetti 3 miljun skambju sa l-2012. ››  iktar

Trattat għas-seklu 21

19/10/07

It-test tat-trattat ta' riforma ġie approvat minn kull wieħed mis-27 mexxej ta' l-UE bejn it-18 u d-19 ta' Ottubru. ››  iktar

Ġranet għall-pubbliku dwar l-iżvilupp reġjonali

05/10/07

L-Ewropa sseħħ fir-reġjuni u l-ibliet tagħha. Il-ġranet għall-pubbliku ta' din is-sena (8-11 ta' Ottubru) se jservu ta' vetrina għall-kollaborazzjoni fir-reġjuni li tinsab fl-aqwa tagħha. ››  iktar

Leonardo da Vinci – ġenju Ewropew

28/09/07

L-akbar wirja li qatt ittellgħet dwar Leonardo da Vinci titnieda fi Brussell. ››  iktar

Fiera madwar l-Ewropa kollha tiftaħ il-bibien.

21/09/07

L-avveniment Ewropew dwar ir-reklutaġġ iressaq qrib ta' xulxin lil dawk li qed ifittxu x-xogħol ma' dawk li jħaddmu minn madwar il-kontinent. ››  iktar

Tibda għaddejja l-ġimgħa Ewropea dwar il-mobilità

14/09/07

Nagħmlu t-trasport urban aktar sikur u b'inqas tniġġiż - l-ibliet Ewropej jiżvelaw l-aħħar inizzjattivi tagħhom waqt l-avveniment annwali ta' l-UE dwar l-ivjaġġar sostenibbli. ››  iktar

Ewro-ħrejjef – wasal iż-żmien li jiġu ċċarati l-affarijiet

07/09/07

Il-verità wara r-rakkonti frekwenti tat-tablojds dwar 'l-aħħar idea bizzarra minn Brussell'. ››  iktar

Ambizzjonijiet kbar fil-qasam ta' l-għajnuna umanitarja

24/08/07

L-UE qed tfittex li tqawwi r-rispons għall-kriżijiet umanitarji permezz ta' prinċipji u valuri ċari. ››  iktar

Dejjem hemm xi ħadd għand min tista' tmur

17/08/07

L-Ewropej li jivvjaġġaw madwar il-pjaneta huma ntitolati għall-protezzjoni diplomatika u konsulari mis-27 pajjiż ta' l-UE. ››  iktar

Aqbeż fl-ilma għax nadif!

10/08/07

It-turisti jistgħu jinżlu fl-ilma b'moħħhom mistrieh peress li ħafna żoni ta' l-għawm fl-Ewropa issa jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità. ››  iktar

L-ivvjaġġar isir aktar faċli

03/08/07

Tariffi imrażżna tar-roaming bil-mowbajl, munita waħda, linji ta' l-ajru aktar sikuri - l-UE qed taħdem bis-sħiħ biex tagħmel l-ivvjaġġar aktar faċli. ››  iktar

Trattat ta' riforma ta' l-UE – tibda l-ħidma

27/07/07

Mibdija n-negozjati sabiex jistabbilixxu trattat ġdid ta' riforma għall-Ewropa ››  iktar

L-Iskejjel jiffesteġġaw il-50 sena mit-twaqqif ta' l-UE

20/07/07

"Jum ir-Rebbiegħa għall-Ewropa" iservi biex eluf ta' tfal ta' l-iskola mill-iskejjel Ewropej jitgħallmu dwar l-UE u jagħmlu lista bix-xewqat tagħhom għall-futur. ››  iktar

Ġurnalisti żgħażagħ jiltaqgħu biex jiffurmaw il-futur tal-midja Ewropea

13/07/07

Aktar minn 270 ġurnalist minn madwar l-Ewropa inġabru fi Brussell għall-jiem tal-midja żagħżugħa. ››  iktar

L-artisti tal-graffiti jsebbħu Turin għaċ- ċelebrazzjoni tal-50 sena ta' l-Ewropa

06/07/07

L-artisti tat-triq jiċċelebraw għeluq il-50 sena ta' l-UE billi jżejjnu l-ħitan urbani żdingati b'sentenzi ispirati mill-valuri ta' l-UE. ››  iktar

Tella' l-Ewropa tiegħek fuq l-internet!

06/07/07

Issa ż-żgħażagħ jistgħu jtellgħu fuq l-internet l-viżjoni tagħhom ta' l-Ewropa permezz ta' websajt ġdida fjamanta. ››  iktar

Il-Presidenza Portugiża trid trattat ta' l-UE ġdid sa Ottubru

29/06/07

Fl-1 ta' Lulju l-Portugall jibda t-tmexxija ta' l-UE għal sitt xhur, filwaqt li jisħaq għal ftehim dwar trattat ġdid ta' riforma għall-Ewropa. ››  iktar

Vibrazzjonijiet ta' l-idea Ewropea

29/06/07

Il-konkors ta' l-arti Europeanvibes iħeġġeġ liż-żgħażagħ jesprimu l-perċezzjonijiet tagħhom dwar l-Ewropa. ››  iktar

Nirkbu l-ferrovija Ewropea

28/06/07

Film qasir iffinanzjat mill-UE jagħti titwila lejn il-futur ta' l-Ewropa minn għajnejn grupp ta' żgħażagħ Ewropej li jkunu qed jivvjaġġaw minn naħa għall-oħra ta' l-Ewropa. ››  iktar

Samit ta' l-UE – intlaħaq ftehim dwar it-trattat ta' riforma.

25/06/07

Negozjati ibsin jirbħu ftehim dwar ir-riforma fuq it-trattat sabiex l-UE tmur lil hinn mill-istaġnar tal-kostituzzjoni. ››  iktar

Il-Van Erasmus – Brussell se tiċċelebra l-aktar programm popolari ta' l-iskambju ta' l-Ewropa.

22/06/07

Il-wasla tal-van Erasmus fi Brussell fl-aħħar tal-vjaġġ- Ewropew tiegħu, se timmarka l-ftuħ taċ-ċelebrazzjonijiet ta' jum Erasmus. ››  iktar

Quddiem nett fid-demokrazija – l-UE tonora lill-ġurnalisti dinjin

15/06/07

Il-ġrajja dwar il-protesta ta' raħħala Ċiniżi miktuba mill-ġurnalista Leu Siew Ying minn Hong Kong tirbaħ il-premju ta' l-UE għad-drittijiet tal-bniedem. ››  iktar

Iż-żgħażagħ Ewropej jgħidu tagħhom

15/06/07

L-Ewropa ssejjaħ liż-żgħażagħ tagħha sabiex jinvolvu rwieħhom fi djalogu u attiviżmu matul sessjoni ta' ħidma ta' ġimgħa sħiħa mal-fassala tal-politika ta' l-UE. ››  iktar

Il-Ġimgħa l-Ħadra – azzjoni ambjentali tal-passat u l-ġejjieni

12/06/07

Ħarsa lejn il-kisbiet u l-isfidi ambjentali fl-anniversarju ta' l-UE. ››  iktar

Wasal żmien il-kompetizzjonijet!

08/06/07

F'attentat li nsiru nafu l-perspettivi taż-żgħażagħ tagħna dwar il-kwistjonijiet il-kbar, l-UE ħejjiet konkorsi bi premji kbar. ››  iktar

Il-kultura Ewropea fiż-żmien tal-globalizzazzjoni

01/06/07

L-UE tiżvela l-ewwel strateġija kulturali tagħha li tgħaqqad it-tkabbir, il-ftehim interkulturali u r-relazzjonijiet esterni. ››  iktar

Generation Next mitluba ssemgħa leħinha dwar l-Ewropa

01/06/07

L-aktar ġimgħa Ewropea taż-żgħażagħ riċenti tħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jgħidu kif jixtiequha tkun l-UE ta' għada. ››  iktar

Erasmus van: destination Europe

25/05/07

A van of young volunteers is criss-crossing Europe to promote the EU's popular study exchange scheme, now in its 20th year. ››  iktar

Żgħażagħ iddibattu!

25/05/07

Bis-suċċess kbir li kisbu ż-żewġ avvenimenti prinċipali tas-sena ddedikata għaż-żgħażagħ, din ir-rebbiegħa l-iskejjel qegħdin jiċċelebraw l-Ewropa aktar minn qatt qabel. ››  iktar

Jum l-Ewropa jilħaq il-quċċata

15/05/07

Minn muntanji tassew sbieħ sa produtturi tal-films tajbin – id-diversità kulturali ċċelebrata permezz tal-wirt, kisbiet u artisti Ewropej ››  iktar

Jum l-Ewropa: l-art, il-baħar u l-arja jirvellaw!

15/05/07

Il-ferroviji, xarabanks, dgħajjes u parachutes:kull mezz permess biex iwassal il-messaġġ Ewropew! ››  iktar

Il-Eurovision se jtenni l-messaġġ dwar it-trattament ġust

07/05/07

Is-Sibt li ġej, bosta nies madwar l-Ewropa se jkunu b'għajnejhom imsammrin fuq il-Eurovision ta' l-2007 – imma żżomm ma' liema kanzunetta żżomm, din is-sena dan il-konkors mużikali se jieħu laqta kemmxejn differenti. Flimkien mal-kostumi mhux tas-soltu u l-melodiji ħelwin, se jkun hemm messaġġ aktar serju – l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd. ››  iktar

Induqu l-Ewropa madwar id-dinja

04/05/07

Permezz ta' ikel, festivals, spettakli teatrali, wirjiet ta' l-arti u programmi televiżivi, id-dinja kollha qed tieħu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum l-Ewropa waqt din is-sena speċjali li tfakkar għeluq il-50 sena ta' l-UE. ››  iktar

Jum l-Ewropa – Festa doppja hekk kif l-UE tagħlaq 50 sena

03/05/07

Iċ-ċelebrazzjoni tad-9 ta' Mejju tikkommemora d-Dikjarazzjoni ta' Schuman li saret fid-9 ta' Mejju 1950, l-ewwel pass lejn 50 sena ta' kooperazzjoni Ewropea. ››  iktar

Il-5 ta’ Mejju, il-Kummissjoni tinfetaħ għall-pubbliku !

02/05/07

Kif tiskopri l-qalba ta’ l-Unjoni, tkun taf kollox dwar l-integrazzjoni Ewropea u tiċċelebra l-Ewropa fl-istess ġurnata ? Biex tkun taf aktar, ejja fil-5 ta’ Mejju għall-jum tradizzjonali tal-ftuħ għall-pubbliku tal-Kummissjoni. ››  iktar

L-Ewropa dejjem miegħek!

27/04/07

L-Ewropa u kwistjonijiet oħra qed jiġu ippreżentati liż-żgħażagħ permezz ta' programm ġdid ibbażat fuq l-internet. ››  iktar

Festeġġamenti bil-kbir tul Mejju!

27/04/07

Din is-sena, Jum l-Ewropa nhar id-9 ta' Mejju se jiġi ċċelebrat matul ix-xahar kollu fl-okkażjoni tal-50 sena mindu ġie ffirmat it-Trattat ta' Ruma ››  iktar

Viżjonijiet ta' l-Ewropa

20/04/07

Wirjiet u avvenimenti matul sena sħiħa li jiffukaw fuq l-Ewropej il-ġodda u aspetti oħra tal-50 sena storja ta' l-UE jipprovdu pjattaforma għal viżjonijiet imaġinattivi, entużjażmanti u kontroversjali ta' l-Ewropa. ››  iktar

UE50: Xi tfisser għall-ġenerazzjoni li tiegħla?

18/04/07

Matul din is-sena li fiha qegħdin niċċelebraw l-Ewropa, hemm bosta avvenimenti intiżi biex iħajru liż-żgħażagħ jesploraw, jiddiskutu u jaħsbu dwar xi jfisser għalihom li jkunu Ewropej, u li jħeġġuhom jgħaddu dan il-messaġġ lid-dinja permezz ta' kuntesti, dibattiti u logħob ››  iktar

Xi ħaġa għal kulħadd fl-anniversarju ta' l-UE

13/04/07

Għeluq snin l-UE ta opportunità lill-Ewropej sabiex jeżerċitaw il-kreattività u l-immaġinazzjoni tagħhom.Iċ-ċelebrazzjonijiet li saru madwar l-UE inkludew tħawwil ta' siġar, kompetizzjonijiet ta' l-arti u mawriet ta' roller skating. U dak għadu m'hu xejn! ››  iktar

Nitkellmu dwar l-Ewropa: l-imgħoddi u l-ġejjieni

11/04/07

L-UE kienet ħerqana li tinvolvi lill-pubbliku fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena minn meta twaqqfet.U fl-avvenimenti li qed jittellgħu madwar l-Ewropa kollha, bosta qegħdin jużaw din l-opportunità biex iwasslu l-opinjoni tagħhom dwar il-proġett Ewropew. ››  iktar

Festi ta' l-Ewropa f'għeluq il-50

03/04/07

Aktar minn 400 avveniment fil-kontinent kollu raw lill-Ewropej ifittxu ħafna modi kif jiċċelebraw il-50 sena ta' l-UE bil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet ewlenin ikun il-25 ta' Marzu. ››  iktar

Għalaqna 50 fil-25 ta' Marzu - festa tul tmiem il-ġimgħa

28/03/07

Kunċerti, festivals, dibattiti, wirjiet, avvenimenti sportivi u ħafna aktar ressaq il-poplu minn madwar l-Ewropa kollha flimkien bejn l-24 u l-25 ta' Marzu biex jiċċelebra għeluq il-50 sena ta' l-UE. ››  iktar

Id-dikjarazzjoni ta' Berlin iffirmata biex tfakkar għeluq il-ħamsin sena ta' l-UE

26/03/07

"Fl-Unjoni Ewropea, qed insawru l-ideali komuni tagħna f'realtà", tgħid id-dikjarazzjoni ta' Berlin, iffirmata mill-mexxejja miġbura f'Berlin għall-50 anniversarju mit-Trattat ta' Ruma. Hija viżjoni għall-UE li terġa' tasserixxi valuri komuni u tħares lejn l-ambizzjonijiet għall-ġejjieni. ››  iktar

Hekk irriduha l-Ewropa!

26/03/07

"Agħtuna widen, staqsuna x'neħtieġu u mbagħad ħudu azzjoni!" Dan kien il-verdett taż-żgħażagħ Ewropej wara l-ewwel Samit taż-Żgħażagħ ta' l-UE li qatt sar. ››  iktar

50 sena, 50 kisba

26/03/07

Hekk kif l-UE tixgħel ix-xemgħat għal għeluq il-ħamsin sena tagħha, ta' min niftakru l-vantaġġi li l-għaqda Ewropea ġabet magħha. Xi wħud minn dawn inġabru apposta f'websajt ġdida biex b'hekk tkun tista' faċilment tara liema kienu wħud mill-50 tema li fihom irnexxiet bil-kbir l-Ewropa. ››  iktar

Samit taż-Żgħażagħ live

16/03/07

Bil-motto "l-Ewropa Tiegħek - il-futur tiegħek", bejn it-23 u l-25 ta' Marzu, 'il fuq minn 200 Ewropej żgħażagħ se jiltaqgħu f'Ruma biex jiddibattu d-direzzjoni futura ta' l-UE u jibgħatu messaġġ lill-mexxejja. ››  iktar

Nressqu l-Ewropa lejn il-mużika

16/03/07

Matul tmiem il-ġimgħa taċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena mit-twaqqif ta' l-UE se jkun hemm xi ħaġa għal kulħadd, hekk kif l-Ewropej jiltaqgħu flimkien għar-ritmu tal-mużika jazz, pop, rock u klassika f'kunċerti madwar il-kontinent. ››  iktar

Preżentazzjoni uffiċjali tat-tim Europe XI

12/03/07

Tħabbar it-tim ta' l-Ewropa li se jiltaqa' mall-Manchester United waqt logħba gala. Dawk li jħobbu dan l-isport tant sabiħ, se jkunu kuntenti li din il-logħba se tkun imxandra b'mod dirett madwar l-Ewropa u lil hinn. ››  iktar

L-UE ta' 50 sena tmur lura lejn art twelidha

09/03/07

L-avvenimenti f'Ruma għandhom jinvolvu l-astronawti, l-arti u d-dibattiti dwar l-Ewropa ta' għada. ››  iktar

L-UE tagħlaq 50 sena - Berlin jingrana fiċ-ċelebrazzjonijiet

09/03/07

Jekk tixtieq tieħu sehem f'festa enormi li tiċċelebra għeluq il-50 sena ta' l-UE, jaqbillek tmur Berlin! Fil-25 ta' Marzu, l-UE se tingħaqad mal-gvern Ġermaniż biex torganizza serje ta' avvenimenti ewlenin fil-kapitali tal-Ġermanja biex tgħaqqad in-nies fiċ-ċelebrazzjoni ta' nofs seklu ta' integrazzjoni Ewropea. ››  iktar

Meta l-Ewropa tgħaqqad il-futbol u l-karità

09/03/07

Fl-okkażjoni tal-50 sena mit-twaqqif ta' l-Unjoni Ewropea, il-Manchester United se jilqgħu l-iprem plejers tal-kontinent għal 90 minuta mimlijin storja. Dan l-avveniment se jkun ukoll kontribuzzjoni lejn is-solidarjetà, minħabba li l-qligħ kollu jmur għall- fondazzjoni tal-karità tal-klabb Ingliż. ››  iktar

50 sena ta' l-UE - id-dinja tiċċelebra

02/03/07

With the EU soon to mark its 50th anniversary with Europe-wide celebrations, the occasion will also see events taking place around the world, including the United States, where a special ‘European Week’ will fete half a century of EU-US cooperation. ››  iktar

L-Ewropej jitilgħu fuq il-palk

02/03/07

Festivals, wirjiet ta' l-arti, kunċerti, logħob tal-futbol, programmi tar-radju u t-TV - Marzu se jkun il-quċċata taċ-ċelebrazzjonijiet għall-anniversarju tat-trattat li waqqaf l-UE, iffirmat fil-25 ta' Marzu ta' 50 sena ilu. ››  iktar

Din il-produzzjoni, dramm storiku !

23/02/07

Din il-produzzjoni,ta' Dominique Antoine, ġiet iffinanzjata bl-għajnuna ta' l-EBU (European Broadcasting Union) u b'appoġġ min-naħa tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea fi Franza, għandha tintwera minn stazzjonijiet televiżivi li jittrasmettu programmi bil-Franċiż fil-Belġju u Franza. ››  iktar

50 sena ta' Ewropa unita u l-United fl-Ewropa!

15/02/07

fit-13 ta' Marzu 2007, l-UE tagħlaq 50 sena u tiċċelebra b'logħba futbol għal-karità organizzata mill-Manchester United biex timmarka 50 sena li ilha tilgħab f'kompetizzjonijet tal-European club. Iżda mhijiex kumbinazzjoni li dan l-avveniment storiku se jkun imfakkar bl-isport numru wieħed ta' l-Ewropa - l-unità politika Ewropea u l-futbol Ewropew għandhom aktar bħal xulxin minn sempliċiment data tal-kalendarju. ››  iktar

L-Ewropa terġa' tmur l-iskola

09/02/07

Bħala parti mill-"jum ta' l-UE għall-proġetti", uffiċjali ta' l-UE rritornaw fl-iskejjel tagħhom madwar il-Ġermanja biex iwasslu l-ideali Ewropej ħarira eqreb lejn l-istudenti. L-avveniment wera l-ħtieġa li l-affarijiet ta' l-UE jidhru b'mod aktar prominenti fil-kurrikulu skolastiku tal-Ġermanja. ››  iktar

Kif bidilli ħajti l-Erasmus - jitkellmu l-istudenti

02/02/07

Il-programm Erasmus ta' l-UE din is-sena jagħlaq 20 sena.Mindu twaqqfet fl-1987, din l-iskema għal dawk li jattendu l-edukazzjoni terzjarja wriet xi jfisser li tistudja u tgħix f'pajjiżi oħra Ewropej lil 1.5 miljun student.Sabiex jinbdew iċ-ċelebrazzjonijiet, ġiet organizzata konferenza bi Brussell min-Netwerk ta' l-Istudenti ta' Erasmus (ESN). ››  iktar

Is-Samit taż-Żgħażagħ f'Ruma: jibda fi Brussell b'laqgħa ta' tħejjija

18/01/07 > 20/01/07

L-ewwel samit taż-żgħażagħ ta' l-UE se jittella f'Ruma fl-24-25 ta' Marzu. Bħala tħejjija għal dan, se ssir laqgħa fi Brussell bejn it-18 u l-20 ta' Jannar, biex jinbdew d-dibattitu u l-konsultazzjoni. Rappreżentanti nazzjonali ser jattendu din il-laqgħa ta' tħejjija u jfasslu dokument għad-diskussjoni. ››  iktar

Temi

Aċċess aktar faċli għall-kura medika barra minn pajjiżek

16/11/07

Meta tivvjaġġa barra minn pajjiżek fl-Ewropa, hemm ħafna miżuri ta' l-UE biex jgħinuk tikseb it-trattament mediku u tleħħaq ma' l-ispejjeż tal-kura, kemm dawk ippjanati u kemm le. ››  iktar

50 sena ta' riċerka

12/10/07

Sa mit-twaqqif ta' l-ewwel istitut għar-riċerka fl-1958 (iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka), l-UE tul l-eżistenza tagħha minn dejjem stimulat ir-riċerka u t-teknoloġija.  ››  iktar

L-infiq ta' l-UE – opportunità li tgħid dak li tħoss

05/10/07

Parti mill-isforz li tinvolvi aktar lil kulħadd fit-tmexxija ta' l-affarijiet ta' l-UE, l-UE illum qed tistaqsi lill-Ewropej kif għandha tonfoq flushom. ››  iktar

Inżommu l-ikel Ewropew sikur

28/09/07

L-awtorità Ewropea għas-sigurtà fl-ikel (EFSA), aġenzija ta' l-UE imfassla sabiex tassigura li l-ikel li nieklu huwa sikur, tiċċelebra ħames snin fl-azzjoni. ››  iktar

Niżviluppaw flimkien f'dinja li qed tinbidel

21/09/07

L-Ewropa tqis il-politika interna tagħha dwar l-iżvilupp u tħares lejn l-isfidi futuri. ››  iktar

Is-servizz ta' l-UE li jittratta ċerti problemi burokratiċi li jinvolvu l-liġijiet ta' l-UE, u li huwa magħruf bħalaSolvit, għalaq ħames snin

20/07/07

Servizz speċjali ta' l-UE maħsub sabiex jassisti lill-Ewropej li jgħixu u jaħdmu barra minn pajjiżhom fl-UE qed jiffesteġġa l-ħames snin minn meta twaqqaf. ››  iktar

50 sena ta' ġlied kontra d-diżokkupazzjoni u d-diskriminazzjoni

22/06/07

Il-fond soċjali Ewropew ilu jtejjeb l-opportunitajiet tax-xogħol għal 50 sena. ››  iktar

Altiero Spinelli – ħajja ddedikata lill-ħolma Ewropea

01/06/07

Il-50 anniversarju mit-Trattat ta' Ruma inzerta ħabat ukoll mal-mitt sena minn meta twieled Altiero Spinelli, wieħed minn missirijiet l-Unjoni Ewropea u sostenitur ta' l-idea ta' Ewropa Federalista. ››  iktar

50 sena ta' l-UE - ħarsa lura

14/05/07

Jum l-Ewropa għadu kif għadda – din is-sena kien iċċelebrat doppju minħabba għeluq il-50 sena mill-iffirmar tat-Trattat ta' Ruma u t-twelid ta' l-UE. Dan huwa ż-żmien perfett biex inħarsu lura u niskopru mill-ġdid in-nies u l-mumenti li ffurmaw dawn il-50 sena. ››  iktar

Inkissru s-"saqaf tal-ħġieġ"!

06/03/07

Il-Jum Dinji tan-Nisa nhar it-8 ta' Marzu se jġib miegħu sensiela ta' avvenimenti li se jenfasizzaw id-diskriminazzjoni persistenti kontra n-nisa fil-postijiet tax-xogħol. ››  iktar

L-Ewropej jivvjaġġaw u jemigraw bla xkiel

23/02/07

 B'aktar u aktar nies jispostjaw irwieħhom minn pajjiż ta' l-UE għal ieħor, l-opportunità li wieħed jgħix u jaħdem barra minn artu saret realtà għal bosta Ewropej.Mindu ntlaħaq l-ewwel ftehim li neħħa l-fruntieri interni lura fl-1985, il-Kummissjoni Ewropea stinkat biex tiffaċilita l-affarijiet għal min irid jgħix jew jaħdem barra minn pajjiżu. ››  iktar

Tagħrif għall-konsumatur – l-UE tagħti daqqa t'id

23/02/07

Minħabba għażla akbar fis-suq għall-konsumatur, l-Ewropej iridu jkun dejjem aktar għaqlin. Biex tgħinhom f'dan, l-UE tipprovdi tipi differenti ta' informazzjoni dwar drittijiethom u b'hekk tippermettilhom jagħżlu aktar bil-għaqal. ››  iktar

Maastricht 15-il sena wara

15/02/07

Fis-7 ta' Frar, 1992, il-mexxejja tat-tnax-il membru li dak iż-żmien kienu jiffurmaw l-UE qablu dwar dokument ambizzjuż li witta t-triq għal numru ta' kisbiet ewlenin, u fuq kollox il-ħolqien tal-munita unika, l-euro. ››  iktar

Il-Presidenza Ġermaniża ta' l-UE - spinta ġdida lill-proċess kostituzzjonali

15/02/07

Il-Kostituzzjoni Ewropea se tkun prijorità importanti fl-aġenda tal-Presidenza Ġermaniża ta' l-UE, li għadha kemm tnediet.Prijoritajiet oħra se jinkludu t-tkabbir u l-impjiegi, titjib fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà, il-ġustizzja u l-istabbiltà għall-Ewropej kollha, u l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima. ››  iktar

MEDIA 2007 - spinta ġdida għall-industrija tal-films Ewropea

12/02/07

L-UE se tiddedika €755m bħala appoġġ għall-industrija tal-films Ewropea matul is-seba' snin taħt il-programm ġdid MEDIA 2007. Madwar 65% tal-baġit totali ser jintefaq fuq il-promozzjoni tal-films Ewropej madwar l-Ewropa u lil-hinn. ››  iktar

Il-protokoll ta' Kyoto - l-UE taġixxi kontra l-bidla klimatika

09/02/07

It-tieni anniversarju tad-dħul fis-seħħ tal-protokoll ta' Kyoto se jiġi ċċelebrat din il-ġimgħa. Il-ftehim għandu l-għan li gradwalment inaqqas l-ammont ta' emissjonijiet tal-gass b'effett serra li jikkawzaw it-tisħin globali u t-tibdil fil-klima.  ››  iktar

Is-sigurtà ta' l-internet - inqajmu l-għarfien biex innaqqsu r-riskji

07/02/07

Il-protezzjoni tat-tfal mill-perikli tas-surfing fuq l-internet u tal-bullying bil-mowbajl - il-jum iddedikat għall-internet aktar sikur 2007 fis-6 ta' Frar jimmira 100 għaqda f'aktar minn 40 pajjiż. ››  iktar

Ċempel 112 għall-emerġenzi – tkun fejn tkun fl-Ewropa

02/02/07

Peress li kull sena ħafna aktar minna issa qed jivvjaġġaw madwar l-Ewropa, huwa rassikuranti tkun taf li hemm numru wieħed li jkopri l-emerġenzi kollha f'kull pajjiż. Kull sekonda tgħodd f'emerġenza – kemm jekk ikun attakk tal-qalb, ħabta bil-karozza jew attakk b'xi sikkina – aktar ma jasal malajr l-ajjut, aktar aħjar. ››  iktar

L-Iżvilupp Sostenibbli Naħdmu biex ikollna ġejjieni aħjar

30/01/07

Bini ekoloġiku, il-konservazzjoni ta' l-enerġija, trasport urban nadif u enerġiji rinnobabbli. Dawn huma s-suġġetti li ħa jkunu fiċ-ċentru ta' l-attenzjoni fl-ewwel Ġimgħa li qatt ġiet iddedikata mill-UE għall-Enerġija Sostenibbli. Din se seħħ bejn id-29 ta' Jannar u t-2 ta' Frar, b'avvenimenti fil-Belġju, Franza u Spanja. ››  iktar

L-2007 - Sena Ewropea ta’ l-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd

26/01/07

L-ugwaljanza hija wieħed mill-valuri fil-qalb ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali ta' l-UE tagħraf id-dritt tal-libertà mid-diskriminazzjoni għaċ-ċittadini kollha. L-2007 ser tkun "is-Sena ta' l-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd", biex tagħti spinta friska lill-ġlieda għall-ugwaljanza vera. ››  iktar

Aġenzija ġdida ta' l-UE tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem

24/01/07

Aġenzija Ewropea ġdida kkonċernata bid-drittijiet tal-bniedem għandha tibda tiffunzjona kmieni fl-2007. Ir-rwol ta' l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali ikun li toffri pariri dwar id-drittijiet tal-bniedem lill-istituzzjonijiet u l-pajjiżi ta' l-UE meta dawn ikunu qed ifasslu liġijiet ġodda. ››  iktar

L-aqwa għaxar kisbiet ta' l-2006 matul l-2006

19/01/07

Intgħażlu għaxar eżempji ta' kif matul l-2006 l-UE stinkat biex ittejjeb l-istat soċjali u ekonomiku tiegħek. Dawn jinkludu l-iżvilupp tas-sistema ta' navigazzjoni satellitari, it-tnaqqis fir-rati ta' l-irrowmjar bil-mowbajls, l-iskjerament tat-truppi għaż-żamma tal-paċi u aktar sikurezza fil-kimiċi. ››  iktar

Iż-żona ta' l-euro tikseb membru ieħor hekk kif is-Slovenja tadotta l-ewro

15/01/07

l-1 ta' Jannar kien il-jum li fih iż-żona ta' l-euro laqgħet membru ġdid meta  is-Slovenja telqgħet il-munita nazzjonali tagħha, it-tolar, u adottat l-ewro. Is-Slovenja  hija l-ewwel wieħed mill-għaxar pajjiżi li ssieħbu fl-UE fl-2004 li laħqet ir-rekwiżiti ekonomiċi biex tidħol fil-klabb ta' l-ewro. ››  iktar

Unjoni ta' 27 membru hekk kif il-Bulgarija u r-Rumanija fl-aħħar jissieħbu ma' l-UE

05/01/07

L-Unjoni Ewropea tilqa' ż-żewġ membri l-ġodda tagħha, il-Bulgarija u r-Rumanija, li se jsiru membri uffiċjali ta' l-UE fl-1 ta' Jannar 2007. L-adeżjoni ta' dawn iż-żewġ pajjiżi hija pass ieħor 'l quddiem fil-proċess tat-Tkabbir li beda fid-disgħinijiet meta tnax-il pajjiż ippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għas-sħubija fl-UE. Il-biċċa l-kbira ta' dawn il-pajjiżi kienu mill-Ewropa Ċentrali u ta' Lvant. ››  iktar

Views and visions

Speak to the people!

02/01/08

Margot Wallström, EU Commission, Vice-President responsible for Institutional Relations and Communications Strategy - Restoring Europe to the citizen requires new strategies for increasing participation, improving democratic scrutiny and harnessing the new technologies which are transforming communications and identity. ››  iktar

Imagining Europe

14/12/07

Bernard-Henri Lévy, Philosopher - Being European is not about steamrollering national differences into an artificial unity, nor about replicating national ties. It is a mindset which transcends frontiers by celebrating law, tolerance, secularism and humanity. ››  iktar

EU in the world in 2057

07/12/07

Javier Solana, EU High Representative for the Common Foreign and Security Policy - Environmental pressures, demographic trends, movements of peoples and the continuing drift of power away from governments demands a pro-active Europe – with a rules-based international system as a key objective. ››  iktar

Europe needs a new story

23/11/07

Timothy Garton Ash, Professor of European Politics, University of Oxford - If the European Union is to consolidate and extend its remarkable achievements, it must be prepared to change – and offer its citizens an inspiring vision of where they are heading. ››  iktar

It’s time to act as one

09/11/07

Emma Bonino, Minister for International Trade and European Affairs of Italy - To be an effective global player, Europe needs to gain political depth at home and sharpen its foreign policy capabilities. ››  iktar

Europe: a cultural commonwealth?

26/10/07

Gottfried Wagner, Director, European Cultural Foundation - The way to avoid a ‘clash of civilisations’ is to bring civil society into the development of cultural policy. The benefits would be felt in improved intercultural dialogue – and a celebration of the riches on our own doorstep. ››  iktar

Only connect

12/10/07

Hans-Gert Pöttering MEP, President of the European Parliament - Only through contacts, dialogue and the exchange of ideas – between the EU’s citizens, its institutions and its external partners – will the historic project of European Union be secured. ››  iktar

Avvenimenti

L-20 Anniversarju ta' ERASMUS

01/01/07 > 31/10/07

Ikun hemm ċelebrazzjonijiet differenti bħala parti mill-20 Anniversarju ta' ERASMUS, li jinvolvu studenti u ex-studenti kif ukoll dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-qasam ta' l-edukazzjoni. ›› iktar

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna