Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Nressqu l-Ewropa lejn il-mużika

Nressqu l-Ewropa lejn il-mużika

16/03/07

Matul tmiem il-ġimgħa taċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena mit-twaqqif ta' l-UE se jkun hemm xi ħaġa għal kulħadd, hekk kif l-Ewropej jiltaqgħu flimkien għar-ritmu tal-mużika jazz, pop, rock u klassika f'kunċerti madwar il-kontinent.

Stillel minn madwar l-Unjoni se jiltaqgħu sabiex igawdu ċ-ċelebrazzjonijiet ta' l-UE fi Brussell. Zucchero, Axelle Red, Simply Red, Hooverphonic, Carla Bruni, The Scorpions, Helmut Lotti, Kim Wilde, Las Ketchup, Nadiya, Lou Bega u ħafna oħrajn se jissieħbu għal lejla pop fl-Atomium Deutsch (de) English (en) français (fr) Nederlands (nl) .Fin-naħa l-oħra tal-belt, l-Orkestra Filarmonika tal-Lussemburgu Deutsch (de) English (en) français (fr) Nederlands (nl) se ddoqq id-disà Sinfonija ta' Beethoven fil-Palais des Beaux-Arts, filwaqt li wħud mill-aqwa artisti jazz ta' l-Ewropa se jkun mxerdin madwar il-belt jagħtu spettakli fil-"Jazz in Europe now! Deutsch (de) English (en) français (fr) Nederlands (nl) ".The Jacky Terrasson Trio, Aka Moon, Gabor Bolla li għad għandu 18-il sena u l-kwartet tiegħu huma biss uħud mill-gruppi ewlenin li se jsaħħrukom bin-noti tagħhom.

Fil-Portugall, aktar minn 220 'bandas' English (en) português (pt) se jiftħu l-kunċerti tagħhom madwar il-pajjiż billi jdoqqu simultanjament l-Innu Ewropew. Fil-Ġermanja, mużiċisti mis-27 pajjiż ta' l-UE se jdoqqu f'50 belt fil-Ġermanja Deutsch (de) English (en) .Twelidt fil-25 ta' Marzu? Jekk iva, inti mistieden/a għal kunċert speċjali taċ-Chamber Orchestra of Europe English (en) français (fr) fil-Lussemburgu.

Mhix xi ħaġa ġdida li l-UE tagħti appoġġ lill-avvenimenti mużikali. Żewġ eżempji ta' dan huma il-Brxl Bravo Festival li seħħ reċentament fi Brussell mit-2 sa l-4 ta' Marzu u l-European Border Breakers Award (EBBA). Ħafna mill-appoġġ finanzjajru jasal minn Culture 2007.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna