Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Din il-produzzjoni, dramm storiku !

Din il-produzzjoni, dramm storiku !

23/02/07

Din il-produzzjoni,ta' Dominique Antoine, ġiet iffinanzjata bl-għajnuna ta' l-EBU (European Broadcasting Union) u b'appoġġ min-naħa tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea fi Franza, għandha tintwera minn stazzjonijiet televiżivi li jittrasmettu programmi bil-Franċiż fil-Belġju u Franza.

Mill-bidu, l-uffiċju rappreżentattiv sostna li dan id-dramm għandu rilevanza qawwija mall-mixja lejn anniversarju prinċipali għall-Ewropa.Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 anniversarju ta' l-Unjoni Ewropea (UE), parti mid-dramm kien iffinanzjat mill-uffiċċju rappreżentattiv.

Il-Kummissjoni Ewropea pprovdiet siltiet mill-arkivji għall-film liem għamlet bil-kulur. Dawn il-filmati intużaw sabiex dan id-dramm jingħata kredibilità storika, li jfakkar l-ewwel ġranet ta' l-għaqda Ewropea.

L-istorja tad-dramm isseħħ bejn id-9 ta' Mejju 1950, il-ġurnata tad-dikjarazzjoni ta' Robert Schuman ceštinadanskDeutscheesti keelελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianolatviešu valodalietuviu kalbamagyarNederlandsmagyarportuguêsslovenčinaslovenšcinasuomisvenska , u l-10 ta' Awwissu 1952, meta Jean Monnet ceštinadanskDeutscheesti keelελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianolatviešu valodalietuviu kalbamagyarNederlandsmagyarportuguêsslovenčinaslovenšcinasuomisvenska kien inħatar President tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska Hija wkoll il-ġurnata tat-tieġ ta' Maria u Jürgen, koppja żgħażugħa ta' oriġini Franċiża-Ġermaniża.

Id-dramm jgħaqqad il-fatti (Jean Monnet, Robert Schuman, Konrad Adenauer ceštinadanskDeutscheesti keelελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianolatviešu valodalietuviu kalbamagyarNederlandsmagyarportuguêsslovenčinaslovenšcinasuomisvenska , eċċ) u l-finzjoni (Marie, Jürgen, il-familji u l-ħbieb tagħhom). L-interazzjoni kontinwa bejn dawn iż-żewġ aspetti tirrifletti d-diffikultajiet sabiex jingħelbu dawn l-ostakli bejn dawn iż-żewġ nazzjonijiet Ewropej.

Dan id-dramm juri lit-telespettaturi kif twieldet l-Ewropa moderna, kif ukoll it-tbatija li għaddew minnha l-irġiel u n-nisa fuq iż-żewġ naħat tax-Xmara Renu li wasslet għal paċi u l-libertà li ngawdu llum.

50 sena ilu twieldet l-Ewropa moderna. "Konna tant għedewwa ta' xulxin" jipprovdi rendikont ta' dan l-avveniment fl-istorja ta' l-Ewropa.

Filmat: "Konna tant għedewwa ta' xulxin" (3'47")

M5/Europe Images International :
Lagardère Active – 1 Rond Point Victor Hugo - 92137 ISSY LES MOULINEAUX
Tél : 01 55 95 58 00

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna