Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Trattat għas-seklu 21

Trattat għas-seklu 21
Hemm ħafna fuqhiex jitħaddtu – il-President tal-Kummissjoni J.M. Barroso u l-Prim Ministru Portugiż J. Sócrates

19/10/07

It-test tat-trattat ta' riforma ġie approvat minn kull wieħed mis-27 mexxej ta' l-UE bejn it-18 u d-19 ta' Ottubru.

Il-mexxejja ta' l-UE li qed jiltaqgħu f'Liżbona għadhom kemm temmew sitt snin ta' dibattitu dwar l-operat ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE. It-trattat il-ġdid ta' riforma se jgħin lill-UE tilqa' għall-isfidi tas-seklu 21, inklużi l-globalizzazzjoni u l-bidla klimatika.

Mit-23 ta' Lulju 'l hawn, l-esperti ġuridiċi fil-pajjiżi ta' l-UE ħadmu qatigħ sabiex jabbozzaw trattat ġdid, b'mod konformi ma' mandat li ngħatalhom f'Ġunju. Minkejja li kien hemm xi differenzi, il-mexxejja ta' kull wieħed mis-27 pajjiż saflaħħar qablu dwar test li għad jissimplifika bil-kbir l-operat intern ta' l-Unjoni.

Se jkun hemm bosta benefiċċji: it-trattat il-ġdid se jiżgura li ċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar kwistjonijiet Ewropej, filwaqt li d-drittijiet fundamentali tagħhom se jkunu stabbiliti permezz ta' dokument appostaEnglishfrançais . L-UE se tkun attrezzata aħjar sabiex tissodisfa l-aspettattivi fl-oqsma ta' l-enerġija, l-iżvilupp sostenibbli, il-kriminalità li ma tagħrafx fruntieri u l-immigrazzjoni. Se tkun ukoll kapaċi titkellem b'vuċi waħda fix-xena internazzjonali.

It-trattat ta' riforma għandu jiġi ffirmat f'Diċembru u rratifikat qabel l-elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament ta' l-UE f'Ġunju 2009.

José Manuel Barroso u José Sócrates iħabbru l-adozzjoni tar-trattat ta' riforma (audio)

Is-sit tat-trattat ta' riforma

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna