Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Tema

Iż-żona ta' l-euro tikseb membru ieħor hekk kif is-Slovenja tadotta l-ewro

Iż-żona ta' l-euro tikseb membru ieħor hekk kif is-Slovenja tadotta l-ewro

15/01/07

l-1 ta' Jannar kien il-jum li fih iż-żona ta' l-euro laqgħet membru ġdid meta  is-Slovenja telqgħet il-munita nazzjonali tagħha, it-tolar, u adottat l-ewro. Is-Slovenja  hija l-ewwel wieħed mill-għaxar pajjiżi li ssieħbu fl-UE fl-2004 li laħqet ir-rekwiżiti ekonomiċi biex tidħol fil-klabb ta' l-ewro.

Iż-żewġ membri ta' l-UE li jmiss biex jaqilbu għall-munita unika – fl-2008 – ser ikunu Malta u Ċipru, żewġ pajjiżi li diġà huma familjari ma' l-ewro minħabba s-settur turistiku mdaqqas li għandhom. It-12-il pajjiż li adottaw il-munita unika ħames snin ilu diġà draw il-vantaġġi prattiċi tagħha.

Is-sempliċità biex tużaha meta tivvjaġġa minn pajjiż fiż-żona ewro għall-ieħor u t-trasparenza fil-prezzijiet huma l-aktar benefiċċji tanġibbli tal-munita komuni. B'munita waħda jinħoloq ukoll sens ta' komunalità qalb l-Ewropej. Ekonomikament, ittejjeb l-effiċjenza tas-suq uniku billi tagħmlu aktar stabbli u jiġbed aktar investituri barranin. U l-ewro wera li jista' jipprovdi lqugħ aħjar minn xokkijiet ekonomiċi esterni meta mqabbel mal-muniti nazzjonali li kien hemm qablu. Jipprovdi ċertu livell ta' protezzjoni, per eżempju, waqt il-kriżi riċenti taż-żejt.

L-analiżi tal-Kummissjoni tal-progress taż-żona ewro fl-2006 hija pozittiva. Madankollu turi l-ħtieġa għall-membri taż-żona ewro biex ikomplu jikkonsolidaw il-baġits tagħhom u b'hekk jinkoraġixxu aktar kompetizzjoni u jirriformaw is-swieq tax-xogħol tagħhom.

Filmat: l-ewro

Filmat: Is-Slovenia tissieħeb fl-ewro

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna