Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Tema

L-Ewropej jivvjaġġaw u jemigraw bla xkiel

L-Ewropej jivvjaġġaw u jemigraw bla xkiel

23/02/07

 B'aktar u aktar nies jispostjaw irwieħhom minn pajjiż ta' l-UE għal ieħor, l-opportunità li wieħed jgħix u jaħdem barra minn artu saret realtà għal bosta Ewropej.Mindu ntlaħaq l-ewwel ftehim li neħħa l-fruntieri interni lura fl-1985, il-Kummissjoni Ewropea stinkat biex tiffaċilita l-affarijiet għal min irid jgħix jew jaħdem barra minn pajjiżu.

Il-moviment liberu u l-mobilità fl-impjiegi huma kruċjali għall-UE. Illum il-ġurnata, l-Ewropej jistgħu jivvjaġġaw madwar il-biċċa l-kbira ta' l-UE bla ma jkollhom iġorru magħhom il-passaport u jistgħu wkoll jgħixu fil-maġġorparti tal-pajjiżi ta' l-UE, bl-istess drittijiet English bħaċ-ċittadini tal-pajjiż li jilqagħhom.

Fi kliem il-Kummissarju responsabbli mill-impjiegi, Vladimir Špidla: "Meta wieħed jaħdem f'pajjiż ieħor Ewropew, dan ikollu ċ-ċans jitgħallem xi lingwa ġdida, jiskopri kultura differenti u jrawwem fih ħiliet ġodda."

Sabiex iżżid l-għarfien ta' l-opportunitajiet li ġġib magħha ċ-ċirkolazzjoni libera, is-sena li għaddiet, il-Kummissjoni nediet din li sejħet "Is-sena Ewropea tal-Mobbiltà tal-Ħaddiema". Matul l-2006, tnedew għadd kbir ta' inizjattivi madwar l-Ewropa. Eżempju fosthom huwa l-portal il-ġdid tal-EURES, li jiġbor fi ħdanu mal-miljun offerta ta' impjiegi madwar l-UE. L-UE sawret ukoll għadd ta' strumenti tal-midja li jipprovdu informazzjoni prattika dwar firxa estensiva ta' suġġetti għaż-żgħażagħ, il-ħaddiema, in-negozjanti u l-vjaġġaturi fl-UE.

‑{}‑Bħalissa, il-prinċipji ta' Schengen English (isem il-post fil-Lussemburgu fejn ġie ffirmat l-ewwel ftehim) japplikawhom fil-milja tagħhom 13-il pajjiż ta' l-UE. Hemm xi restrizzjonijiet temporanji li għadhom jillimitaw il-moviment tal-ħaddiema mill-pajjiżi li ssieħbu fl-UE fl-2004 u l-2007 (minbarra Malta u Ċipru). Dawn ir-restrizzjonijiet ġew iffissati għal perjodu massimu ta' seba' snin, imma fil-biċċa l-kbira ta' l-UE dawn aktarx li se jitneħħew minn qabel.

Links siewja:

L-Ewropa Tiegħek (il-portal tas-servizzi pubbliċi onlajn Ewropej u nazzjonali)

Ploteus (Il-portal dwar l-opportunitajiet ta' tagħlim fiż-żona Ewropea)

L-Ivvjaġġar fl-Ewropa

Għejjun ta' Informazzjoni

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna