Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Tema

Altiero Spinelli – ħajja ddedikata lill-ħolma Ewropea

Altiero Spinelli – ħajja ddedikata lill-ħolma Ewropea
Mejda tonda (minn F. Ortoli (bilqiegħda fuq il-lemin, mingħajr nuċċali, b'id waħda sserraħ fuq il-mejda); fid-direzzjoni ta' l-arloġġ): F. Ortoli; Emile Noël; A. Borschette; C. Cheysson; P. Lardinois; A. Spinelli; C. Soames; W. Haferkamp; P. Hillery; R. Dahrendorf; F. O. Gundelach; G. Thomson; H. Simonet; C. Scarascia-Mugnozza

01/06/07

Il-50 anniversarju mit-Trattat ta' Ruma inzerta ħabat ukoll mal-mitt sena minn meta twieled Altiero Spinelli, wieħed minn missirijiet l-Unjoni Ewropea u sostenitur ta' l-idea ta' Ewropa Federalista.

Flimkien ma Robert Schuman, Jean Monnet u bennejja oħra ewlenin ta' l-integrazzjoni Ewropea, Spinelli kellu sehem attiv fil-ħolqien ta' l-Unjoni Ewropea ma' tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija.

Spinelli kien membru tal-Kummissjoni Ewropea u fl-1978 laħaq membru tal-Parlament, kariga li baqa' jokkupa sakemm ħalliena fl-1986.Il-viżjoni ċara tiegħu tal-potenzjal ta' l-Ewropa kienet element qawwi li wassal għat-tisħiħ tat-Trattati ta' l-UE fit-tmeninijiet u d-disgħinijiet.

Spinelli kien attiv fil-moviment tar-reżistenza kontra l-Faxxisti u ħallasha qares ta' dan l-involviment billi dabbar għaxar snin il-ħabs u sitta oħra bil-libertà mċaħħda fi żmien ir-reġim ta' Mussolini.Waqt li kien eżiljat fil-gżira Taljana ta' Ventotene, Spinelli, bl-hekk imsejjaħ Manifest ta' Ventoteneitaliano , stabbilixxa l-viżjoni tiegħu ta' Ewropa libera u unita.  Dan id-dokument illum il-ġurnata jitqies bħala l-verżjoni preliminari tal-Kostituzzjoni Ewropea.

Jekk trid tkun taf aktar dwar dan il-personaġġ politiku tista' taqra aktar dwaru onlajn. Għandek aċċess ukoll  għal filmat ta' wieħed mid-diskorsi tiegħu.U dan flimkien ma' aċċess ukoll għal-bijografiji ta' personaġġi ewlenin oħrajn li sawru l-UE.Il-websajt aġġornata ‘l-istorja ta' l-Unjoni Ewropea'  qisha vjaġġ lura fiż-żmien li jieħdok fl-avvenimenti li wasslu għall-Ewropea kif nafuha llum.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna