Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Festeġġamenti bil-kbir tul Mejju!

Festeġġamenti bil-kbir tul Mejju!

27/04/07

Din is-sena, Jum l-Ewropa nhar id-9 ta' Mejju se jiġi ċċelebrat matul ix-xahar kollu fl-okkażjoni tal-50 sena mindu ġie ffirmat it-Trattat ta' Ruma

Matul Mejju nnifsu, l-enfasi se tkun fuq ir-rikkezza tal-kultura Ewropea, b'Ċipru English u l-Litwanja English fuq quddiem nett taċ-ċelebrazzjonijiet.

F'Ċipru, il-'Fiera dwar l-Ewropa' se tesplora t-tema ta' kif l-Ewropa tista' timmassimizza l-potenzjal tagħha. Fil-Litwanja, avveniment simili qed jiċċelebra t-tielet sena minn meta dan il-pajjiż issieħeb fl-UE, bis-sehem ta' wirjiet kulturali u ta' l-arti u anke ikel.

Ungerija English u l-Ġermanja Deutsch se jikkonċentraw fuq l-identità Ewropea tagħna u kif l-UE taffettwalna ħajjitna ta' kuljum. F'dawn iż-żewġ pajjiżi se jittellgħu dibattiti pubbliċi f'ħamsin post differenti, filwaqt li ma' l-1000 persuna se jinġabru sabiex jaqsmu bejniethom l-ideat tagħhom dwar x'jiġifieri li wieħed ikun Ewropew.

Wara li żaru xi binjiet li minnhom titmexxa l-UE, grupp ta' fotografi żgħażagħ sawru wirja ta' 60 ritratt tal-bini li jospita l-Parlament Ewropew fi Strasburgu, il-Lussemburgu u Brussell. Fis-sede tal-Parlament fi Brussell se tittella' wirja mill-5 sas-16 ta' Mejju, li aktar tard se tittieħed Strasburgu bejn il-21 u l-24 ta' Mejju.

Is-Slovenja English se tieħu l-festeġġamenti b'mod kemmxejn aktar brijjuż. 'Il fuq minn 20,000 student mill-kulleġġi ta' dan il-pajjiż se jiżfnu l-akbar parata taż-żfin quadrille ta' din is-sena, biex saħansitra mistennija jniżżlu isimhom fil-Guinness Book of Records.

Fuq tema ambjentali, il-Latvija latviešu valoda qiegħda tieħu sehem fil-'Mewġa Ħadra', li hija inizjattiva ta' tħawwil ta' siġar għal Ewropa sostenibbli.Forsi titħajjar tipparteċipa f'passiġġata attraenti English (en) français (fr) fil-belt tal-Lussemburgu, li tinkludi l-post fejn twieled Robert Schuman u nħawi oħra importanti fl-istorja ta' l-integrazzjoni Ewropea.

Qed jittellgħu wkoll xi avvenimenti barra l-UE – fl-Ukrajna Deutsch (de) English (en) français (fr) , pereżempju, se jiġu organizzati xi jiem iddedikati għall-informazzjoni, li se jinkludu logħob, kwiżżijiet u kompetizzjoni tat-tpinġija dwar l-UE għat-tfal..

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna