Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Vibrazzjonijiet ta' l-idea Ewropea

Vibrazzjonijiet ta' l-idea Ewropea
Naqbżu lkoll

29/06/07

Il-konkors ta' l-arti Europeanvibes iħeġġeġ liż-żgħażagħ jesprimu l-perċezzjonijiet tagħhom dwar l-Ewropa.

Europeanvibes English (en) Hija pjattaforma ta' skambju fuq l-internet imwaqqfa mill-assoċjazzjoni żagħżugħa JEF (Federalisti Żgħażagħ Ewropej) English (en), li toffri spazju liż-żgħażagħ biex jaqsmu l-ideat u l-opinjonijiet tagħhom dwar l-Ewropa. Fis-sit bħalissa hemm konkors li jistieden lill-Ewropej jirrappreżentaw ħajjithom ta' kuljum u x-xewqat għall-ġejjieni bħala ċittadini Ewropej permezz ta' ritratti, filmati u kanzunetti.

Dawk li se jipparteċipaw huma mħeġġa jimmaġinaw ħajjithom f'Ewropa dejjem aktar magħquda. L-ewwel selezzjoni diġà qed isseħħ onlajn, u dawk li jżuru s-sit Europeanvibes jistgħu jħallu kummenti, jiddiskutu l-parteċipazzjonijiet u jivvutaw għal-favoriti.

Id-data ta' għeluq għall-parteċipazzjoni hija l-20 ta' Lulju. L-aħjar biċċiet jispiċċaw f'wirja itinerarja li tibda fi-Brussell u tkopri l-UE kollha. L-avveniment jilħaq il-qofol tiegħu fil-Kungress Ewropew ‘JEF Europe’ li se jsir f'Kopenħagen fil-21 ta' Ottubru.

Il-Europeanvibes hija parti minn kampanja akbar ta' l-UE bl-isem Speak up Europe English (en), li tħeġġeġ dibattitu onlajn u wiċċ imb'wiċċ - u tgħaqqad l-impatt ta' l-għodda ta' l-internet u l-avvenimenti lokali u nazzjonali - ma' l-għan li jingħataw opinjonijiet ferm importanti għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-Ewropa.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna