Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Interview

Preżenza qawwija ta' Spanja fil-letteratura Ewropea.

Preżenza qawwija ta' Spanja fil-letteratura Ewropea.
Antonio Gamaneda, winner of the Cervantez Prize 2006

13/07/07

Antonio Gamoneda, wieħed mill-aqwa poeti Spanjoli ta' żmienna jaqsam l-opinjoni tiegħu dwar l-Ewropa.

Antonio GamonedaEnglish (en)  Jagħżel kliemu bir-reqqa. B'attenzjoni kbira jiżen kliemu, kemm meta jikteb peożija hekk ukoll meta jirrispondi mistoqsijiet matul intervista. Bi 17-il kollezzjoni ta' poeżiji u bosta aktar xogħolijiet, Gamoneda huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-akbar talenti tal-poeżija moderna Spanjola. Ingħata l-unur pretiġjuż Premju CervantesEnglish (en)  għall-2006 wara li  rċieva l-Premju Ewropew għal-Letteratura 2006.

"Sodisfazzjon". Hekk Antonio Gamoneda jiddeskrivi s-sentimenti tiegħu dwar il-premju. Kompla jżid bi tbissima "Iżda konxju li l-poeżiji huma l-istess bħal qabel ma rċevejt il-premju".

Il-Premju Cervantes jingħata kull sena lil awtur li jitkellem bl-Ispanjol u bħala rikonoxximent tal-kisbiet matul ħajtu. Huwa l-aktar premju pretiġjuż tal-letteratura fi Spanja. Iżda x-xogħol ta' Gamoneda jasal għand nies ferm lil hinn mill-komunità Ispanika – is-sena li għaddiet ingħata l-Premju Ewropew għal-Letteratura bħala rikonoxximent tal-post ċentrali li għandu fl-ambitu letterarju Ewropew.

Gamoneda huwa marbut ferm mal- kultura Ewropea u jiddiskrivi lilu nnifsu bħala Ewropew. Peress li twieled fl-1931, segwa t-tkabbir ta' l-UE matul dawn l-aħħar 50 sena. Huwa jispjega li din it-tip ta' evoluzzjoni soċjali jistà jkollha impatt fuq il-letteratura. Iżda meta ġie mistoqsi jekk dan b'xi mod japplikax għalih huwa qal li ma kinitx xi ħaġa konxja. Fl-opinjoni tiegħu l-ikbar influwenza kien l-iżvilupp tal-pajjiż tiegħu minn meta ingħaqad ma' l-UE.

"Spanja dejjem kellha problemi ta' tensjoni bejn gruppi nazzjonali. Is-sitwazzjoni saret inqas problematika ladarba l-pajjiż sar parti mill-Unjoni Ewropea. L-UE ikkontribwiet biex jinħoloq sens ta' unità fi Spanja. It-tama tiegħi għal futur ta' l-Ewropa hija li nara l-Ewropej isiru aktar uniti".

X'inhu r-rwol tal-poeżiji fl-evoluzzjoni ta' Ewropa unita?

Gamaneda jdum ftit sekondi biex jirrispondi. "Poeżija mhix riflessjoni ta' realtà oġġettiva fl-Ewropa. Iżda toħloq tama fil-kuxjenza tan-nies. F'ċerti każijiet tista' anki ġġiegħel in-nies ibiddlu l-modi tagħhom."

Silta minn Descripción de la mentira, 1977

De la verdad no ha quedado más que una fetidez de notarios,

una liendre lasciva, lágrimas, orinales

y la liturgia de la traición

(...) 

¿Qué lugar es éste, qué lugar es éste?

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna