Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Magħqudin fid-diversità fl-2008

Magħqudin fid-diversità fl-2008

21/12/07

Iċ-ċelebritajiet iniedu s-sena Ewropea għad-djalogu interkulturali.

Kulturali differenti jitkellmu bejniethom, jifhmu l-għanijiet ta' xulxin u jitgħallmu jgħixu fost id-differenzi reċiproċi – is-sena Ewropea għad-djalogu interkulturaliDeutschEnglishespañolfrançais timmira li tgħaqqad il-poplu ta' l-Ewropa fl-ambjent kumpless tal-lum.

'Flimkien fid-diversità' huwa slogan għall-kampjana promozzjonali li tibda fl-4 ta' Diċembru. Għadd ta' persuni famużi attendew it-tnedija u se jirreklamaw l-avvenimenti ta' din is-sena madwar l-Ewropa. Dawn l-ambaxxaturi jinkludu l-kittieb Brażiljan Paulo Coelho, id-direttur ċinematografiku Rumen Radu Mihǎileanu u l-kantanta Serba tal-Eurovision Marija Šerifović.

Stħarriġ riċenti mill-EurobarometerEnglish (l-istħarriġ se jidher f' 12.00) jikkonferma li l-maġġor parti ta' l-Ewropej se jilqgħu d-deċiżjoni li jiġi ċċelebrat id-djalogu interkulturali madwar il-kontinent. Tliet kwarti minna jemmnu li l-persuni minn xejriet differenti jarrikkixxu l-ħajja kulturali ta' pajjiżna.

Il-Kummissarju għall-kulturaEnglishfrançais Ján Figel’ jafferma li bosta mill-isfidi prinċipali ta' l-Ewropa għandhom l-għeruq tagħhom fir-relazzjonijiet interkulturali: "Is-sena Ewropea 2008 tagħtina opportunità importanti sabiex nesploraw modi lejn it-titjib tad-djalogu interkulturali u r-relazzjonijiet tagħna".

It-tnedija kienet opportunità biex nippreżentaw seba’ proġetti prominenti li ntagħżlu għall-iffinanzjar matul din is-sena . Dawn ikopru l-kultura urbana, l-arti popolari, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, il-migrazzjoni, ix-xandir, l-għaqda ta' inizjattivi lokali, proġetti viżivi, u l-attivitajiet fil-komunitajiet migranti. Flimkien ma' dawn, il-Kummissjoni se tagħti appoġġ lil 27 proġett nazzjonali, wieħed f'kull pajjiż. 

Grupp multikulturali ta' tfal ta' skola minn Brussell attenda wkoll għall-avveniment sabiex juri l-viżjoni tiegħu ta' xulxin permezz ta' tpinġijiet. Dan se jkunu disponibbli għal wirja fil-bini Berlaymont tal-Kummissjoni u wżati matul is-sena f'materjal pubbliċitarju.

Inħoloq sit web speċjaliDeutschEnglishespañolfrançais bħala spazju Ewropew għad-djalogu interkulturali. Huwa mistenni li dan iħeġġeġ komunikazzjoni bejn il-partijiet interessati, kif ukoll l-iskambju ta' l-aqwa prassi. S'issa abbonaw 500 individwu u organizzazzjoni. 

Matul l-2008 se jsiru avvenimenti fis-27 pajjiż ta' l-UE u se jseħħu sitt dibatitti prinċipali fi Brussell dwar suġġetti bħall-arti u l-wirt, djalogu bejn ir-reliġjonijiet u l-migrazzjoni u l-integrazzjoni. Biex ikun iggarantit effett fit-tul, l-UE tittama li tistabilixxi fondazzjoni għall-inizjattivi politiċi fil-qasam tad-djalogu interkulturali.

Il-Kummissarju Figel’ dwar id-djalogu interkulturali (2'01")

Il-valuri kulturali Ewropej

Għad-diversità, kontra d-diskriminazzjoni (30")

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna