Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Bieb il-ħsieb

Bieb il-ħsieb

06/12/07

Tabella ta’ l-ekwivalenza għandha tagħmilha aktar faċli għall-Ewropej biex jaħdmu jew jistudjaw x'imkien ieħor fl-UE.

Il-qafas Ewropew dwar il-kwalifikiEnglish (EQF) huwa sistema biex nikklassifikaw il-kwalifiki skond ir-riżultati tat-tagħlim - dak li jafu n-nies u x’kapaċi jagħmlu bit-tagħrif, aktar milli minn fejn kisbu d-diplomi. Għandu jgħaqqad il-kwalifiki nazzjonali ta’ pajjiżi differenti f’referenza Ewropea komuni.

L-idea hi li l-kwalifiki nazzjonali jsiru aktar komparabbli madwar l-Ewropa biex, per eżempju, kumpanija Irlandiża tista’ tifhem aktar faċilment il-kwalifiki ta’ applikant Ungeriż u tevalwa jekk timpjegaħx jew le.

Fil-ftuħ uffiċjali tal-qafas tal-kwalifiki fis-26 ta’ Novembru, il-Kummissarju ta’ l-edukazzjoniDeutschEnglishespañolfrançaisitaliano Ján Figel’ spjega: “Dan imur direttament fil-qalb ta’ dik li hi l-UE: il-mobilità, il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi, il-promozzjoni tal-prosperità u l-għajnuna liċ-ċittadini individwali biex jisfruttaw il-potenzjal tagħhom permezz tat-tagħlim.”

L-EQF huwa l-ewwel qafas internazzjonali li jkopri l-firxa sħiħa tal-kwalifiki:  l-edukazzjoni terzjarja, it-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għall-kbar u l-edukazzjoni ġenerali. Is-27 pajjiż ta’ l-UE qed ikunu mħeġġa jikkonformaw s-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki tagħhom mal-qafas sa l-2010. Hemm it-tama li sa l-2012, kull kwalifika ġdida fl-UE tkun imdaħħla fil-qafas.

Il-ħidma fuq il-qafas bdiet fl-2004 meta Franza, l-Irlanda u r-Renju Unit biss kellhom qafas tal-kwalifiki nazzjonali. Issa, ħafna mill-pajjiżi ta’ l-UE jinsabu fil-proċess li jiżviluppaw wieħed.

L-EQF tgħaqqad programmi eżistenti ta’ l-UE bħall-Europass, Ploteus u l-programm ta' l-edukazzjoni tul il-ħajjaDeutschEnglishespañolfrançaisitaliano li lkoll għandhom l-għan li jtejbu r-rikonoxximent tal-kwalifiki u jħeġġu lil kull min jixtieq jaħdem jew jistudja x'imkien ieħor fl-UE.

video It-tagħlim tul il-ħajja

Il-portal ta' l-UE dwar ix-xoghol

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna