Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Mis-suq komuni sa l-Ewropa tal-poplu

Mis-suq komuni sa l-Ewropa tal-poplu

02/01/08

It-Trattat ta’ Ruma, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1958 witta’ t-triq għall-UE l-moderna. Primarjament għaqda ekonomika meta bdiet, l-UE evolviet fi proġett li jaggarantixxi livelli għolja ta’ ħarsien soċjali għaċ-ċittadin.

Fil-klima ħafna aktar ħarxa ta’ l-Ewropa ta’ wara l-gwerra, l-akbar prijorità kien li niżguraw il-prosperità ekonomika ta' l-Ewropa permezz tas-suq komuni. Meta bdew jitiebu l-livelli ta’ l-għixien, l-isforzi ta’ l-UE biex itejbu d-drittijiet soċjali malajr qabdu jiżdiedu, u ngħatat aktar importanza għall-promozzjoni tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u s-soċjetà ċivili u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni.

Il-kisbiet importanti f’dan il-kuntest jinkludu:

  • il-liġijiet dwar l-ugwaljanza bejn is-sessiDeutschEnglishfrançais  għall-aċċess tax-xogħol, it-taħriġ, l-avvanzi fil-karriera u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll pagament ugwali, benefiċċji tas-sigurtà u d-dritt għal-liv tal-ġenituri
  • regoli li jagħmlu d-dipartimenti ta' l-UE aktar trasparentiDeutschEnglishfrançais . Dan jinkludi l-aċċess għad-dokumenti u aktar trasparenza fejn jidħol l-infiq ta' l-UE
  • Ombudsman Ewropew - entità indipendenti mwaqqfa biex tinvestiga lmenti dwar amministrazzjoni ħażina tad-dipartimenti ta’ l-UE
  • il-Karta dwar id-Drittijiet FundamentaliEnglish , li tgħaqqad flimkien il-prinċipji ewlenin ta’ l-UE dwar ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali
  • l-inizzjattivi ta' komunikazzjoni EwropejEnglish , maħsuba biex jinvolvu lill-Ewropej fit-tfassil tal-liġi Ewropea permezz tad-dibattitu, id-diskussjoni u l-konsultazzjoni pubblika.

L-UE timxi maż-żminijiet u għalhekk qed tiżviluppa drittijiet li jmorru lil hinn minn dwak li kellna qabel - id-dritt għal ambjent sostenibbli, il-ħarsien tal-konsumaturDeutschEnglishfrançais  u l-protezzjoni tad-dataDeutschEnglishfrançais  issa huma fost l-akbar prijoritajiet tagħha.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna