Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Meta l-Ewropa tgħaqqad il-futbol u l-karità

Meta l-Ewropa tgħaqqad il-futbol u l-karità
Ronaldinho

09/03/07

Fl-okkażjoni tal-50 sena mit-twaqqif ta' l-Unjoni Ewropea, il-Manchester United se jilqgħu l-iprem plejers tal-kontinent għal 90 minuta mimlijin storja. Dan l-avveniment se jkun ukoll kontribuzzjoni lejn is-solidarjetà, minħabba li l-qligħ kollu jmur għall- fondazzjoni tal-karità tal-klabb Ingliż.

David Beckham, Ronaldinho, Steven Gerrard, Grégory Coupet, Juninho Pernambucano, Gianluca Zambrotta, Lilian Thuram, Carles Puyol, Eric Abidal u ismijiet kbar oħra tal-futbol Ewropew se jagħmlu parti mit-tim «Europe XI», li se jilgħabu kontra l-Manchester United waqt gala match fit-13 ta' marzu 2007.

Din il-logħba tant prestiġjuza tiċċelebra 50 sena mill-istorja komuni ta' l-Ewropa kif ukoll tal-futbol, tikkostitwixxi mument importanti għas-solidarjetà, minħabba l-fatt lil-qligħ kollu se jmur għall-fondazzjoni tal-karità Manchester United English. Din tikkonsisti f'diversi proġetti mmirati lejn iż-żagħżagħ fil-qasam tal-futbol, u ta' l-edukazzjoni u l-iżvilupp personali. Din il-fondazzjoni taħdem ukoll fuq livell lokali f'Manchester kif ukoll ma' organizzazzjonijiet nazzjonali fir-Renju Unit u ma' l-UNICEF fuq livell internazzjonali.

Il-formazzjoni finali tat-tim Ewropew, imexxi minn Marcello Lippi, se jkun imħabbar f'Brussell fit-12 ta' Marzu 2007 mill-President tal-Kummissjoni, José Manuel Barroso, fil-preżenza tal-President il-ġdid tal-UEFA, Michel Platini, kif ukoll Sir Bobby Charlton, stilla leġġendarja tal-Manchester United u tat-tim Ingliż rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja ta' l-1966.

Il-logħba se tibda fit-8pm. L-informazzjoni kollha dwar il-bejgħ, il-prezz u d-disponibilità tal-biljetti jinsabu fuq is-sit tal-Manchester United English . Il-logħba se tixxandar b'trasmissjoni diretta mill-BBC għar-Renju Unit. Aktar tard toħroġ informazzjoni ddettaljata dwar ix-xandira ta' din il-logħoba madwar l-Ewropa.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna