Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Xi ħaġa għal kulħadd fl-anniversarju ta' l-UE

Xi ħaġa għal kulħadd fl-anniversarju ta' l-UE
ir-Renju Unit: Tara McKeown, ir-rebbieħa tal-konkors tal-kartolini postali għall-iskejjel

13/04/07

Għeluq snin l-UE ta opportunità lill-Ewropej sabiex jeżerċitaw il-kreattività u l-immaġinazzjoni tagħhom.Iċ-ċelebrazzjonijiet li saru madwar l-UE inkludew tħawwil ta' siġar, kompetizzjonijiet ta' l-arti u mawriet ta' roller skating. U dak għadu m'hu xejn!

Apparti l-ħafna konferenzi, kunċerti u wirjiet għan-nies ta' kull età, il-pajjiżi ta' l-UE għażlu l-modi speċjali tagħhom kif jiċċelebraw.

Jekk kont f'Pariġi fil-25 ta' Marzu, ma stajtx ma tintebaħx bl-2000 (u fuqhom) skaters li ħadu sehem fil-Parata Ewropea fuq ir-rollerskates . B'xalep, kpiepel u aċċessorji oħra kollhom kuluri Ewropej, il-cortège mar fuq is-siti Pariġini li huma simbolikament assoċjati ma' l-Ewropa.

Fil-belt Valletta, tħawlu 27 siġra biex jirrappreżentaw il-pajjiżi ta' l-UE u jiċċelebraw l-għeruq komuni Ewropej. Fl-istess ħin, ir-Rumanija English (en) română (ro) kkommemorat nofs seklu ta' l-Ewropa b'50 siġra ġdida li ser isebbħu daqstant ġonna madwar il-pajjiż. 

Il-gvern Slovakk fakkar l-aktar tkabbir riċenti ta' l-UE billi ħawwel trejqiet bis-siġar English (en) slovenčina (sk) eleganti madwar is-Slovakkja biex jisimbolizzaw it-12-il pajjiż li ssieħeb fl-UE bejn l-2004 u l-2007. Minn April 'il-quddiem kampanja għat-tħawwil tas-siġar ser tokkuppa il-ħin ta' voluntiera minn madwar l-Ewropa kollha inklużi l-Estonja u l-Latvja. L-avveniment prinċipali se jkun iċċelebrat fid-9 ta' Mejju, Jum l-Ewropa.

L-Ewropa hija wkoll mimlija b'artisti żgħażagħ ta' kull tip. Fl-Irlanda, studenti tas-sekondarja wrew il-kreattività tagħhom billi kitbu esejs dwar riċeviment immaġinarju ma' Robert Schuman, wieħed mill-missirijiet fundaturi tal-Komunitajiet Ewropej oriġinali. Studenti Finlandiżi English (en) suomi (fi) svenska (sv) se jippreżentaw ix-xogħolijet artistiċi tagħhom bit-tema "Flimkien mill-1957" għal pubblikazzjoni speċjali fejn it-tpinġijiet tagħhom jidhru ma' esejs politiċi miktuba minn MEPs. Il-powsters sbieħ maħluqa mill-istudenti ta' l-arti Ungeriżi qed jiġu esibiti minn Marzu, fl-ibliet ta' Békéscsaba u Keszthely. Fir-Renju Unit, l-istudenti kkompetew għall-aħjar disinn tal- kartolini tal-birthday f'Wales, kartolini postali fl-Irlanda ta' Fuq u powsters English (en) fl-Iskozja.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna