Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

L-ivvjaġġar isir aktar faċli

L-ivvjaġġar isir aktar faċli

03/08/07

Tariffi imrażżna tar-roaming bil-mowbajl, munita waħda, linji ta' l-ajru aktar sikuri - l-UE qed taħdem bis-sħiħ biex tagħmel l-ivvjaġġar aktar faċli.

Fl-aħħar - wasal is-sajf! Żmien li nistrieħu u nosservaw il-ġmiel ta' madwarna. L-Ewropa hija post popolari għall-vaganzi, mhux biss għall-Ewropej imma wkoll għall-bqija tad-dinja. Sitta mill-aqwa għaxar pajjiżi għall-vaganzi huma Ewropej. U l-ivvjaġġar hawnhekk qatt ma kien aktar faċli milli hu issa, b'ħafn għajnuna mil-liġi ta' l-UE.

Il-kontrolli fil-fruntieri bejn is-27 pajjiż membru ta' l-UE tnaqqsu ferm jew tneħħew kompletament. Dan iżid fil-ħin tal-pjaċir. L-Ewropej u ċertu nazzjonalitajiet barra mill-UEDeutschEnglishfrançais m'għadx għandhom bżonn viża biex jivvjaġġaw lejn pajjiżi ta' l-UE oħra, passaport jew karta ta' l-identità huma biżżejjed. Nazzjonalitajiet barra mill-UE jistgħu wkoll japplikaw għax-Schengen viżaEnglish biex b'hekk ikunu jistgħu jżuru numru ta' pajjiżi b'viża waħda. U, biex isserraħ rasek waqt it-titjir, dan l-aħħar l-UE aġġornat il-blacklist tal-linji ta' l-ajru mhux sikuri.

M'hemm l'ebda limitu ta' kemm tista' tixtri għall-użu personaliDeutschEnglishfrançais meta tkun qed tivvjaġġa fl-UE. L-euroEnglish jintuża fi 13-il pajjiż ta' l-UE u jiġi aċċettat f'bosta żoni turistiċi f'pajjiżi oħra Ewropej. Spiċċat il-ħtieġa għall-miżati kbar ta' l-iskambju - l-euro li int tiġbed mill-bank fl-Italja jiġi aċċettat fi Franza, is-Slovenja kif ukoll f'kull membru ieħor taż-żona euro.

Qed tħoss in-nuqqas ta' pajjiżek? Issa tista' ċċempel id-dar minn fuq il-mowbajl mingħajr ma tinkwieta dwar ir-rati eċċessiviDeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski - fl-UE, issa qatt ma int se tħallas aktar minn 49 ċenteżmi euro fil-minuta biex iċċempel u 24 ċenteżmi biex tirċievi telefonata.

L-aktar destinazzjonijiet popolari fl-Ewropa (filmat) (2'37")

l-ivvjaġġar fl-Ewropa

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna