Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Tema

Unjoni ta' 27 membru hekk kif il-Bulgarija u r-Rumanija fl-aħħar jissieħbu ma' l-UE

Unjoni ta' 27 membru hekk kif il-Bulgarija u r-Rumanija fl-aħħar jissieħbu ma' l-UE

05/01/07

L-Unjoni Ewropea tilqa' ż-żewġ membri l-ġodda tagħha, il-Bulgarija u r-Rumanija, li se jsiru membri uffiċjali ta' l-UE fl-1 ta' Jannar 2007. L-adeżjoni ta' dawn iż-żewġ pajjiżi hija pass ieħor 'l quddiem fil-proċess tat-Tkabbir li beda fid-disgħinijiet meta tnax-il pajjiż ippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għas-sħubija fl-UE. Il-biċċa l-kbira ta' dawn il-pajjiżi kienu mill-Ewropa Ċentrali u ta' Lvant.

Minn mindu ġiet imwaqqfa 50 sena ilu, l-UE dejjem kienet kalamita li tiġbed gelgul dejjem ġej ta' membri ġodda. L-adeżjoni storika ta' għaxar Stat Membru f'Mejju ta' l-2004 kien l-akbar Tkabbir fl-istorja ta' l-UE. L-inklużjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija issa tissiġilla b'suċċess dan il-proċess ta' integrazzjoni, u tippremja l-isforzi ta' l-UE biex tgħin fit-tkattir tal-paċi, id-demokrazija u l-prosperità fl-Ewropa.

Kif seħħ fit-tkabbir ta' qabel, sabiex jintlaħqu l-kriterji meħtieġa għall-adeżjoni, il-Bulgarija u r-Rumanija kellhom jgħaddu minn proċess ġmielu ta' riformi u modernizzazzjoni. Filwaqt li feraħ lin-nies u l-mexxejja ta' dawn iż-żewġ pajjiżi għall-kisba storika tagħhom, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Manuel Barroso, ħabbar li miżuri speċjali se jakkumpanjaw l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija. Dawn il-miżuri jippermettu livell ta' sorveljanza f'ċertu oqsma fejn jidher  li fadal xi xogħol xi jsir. Se jitwaqqfu miżuri ta' kontroll fl-oqsma tar-riforma ġudizjarja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, l-infiq fl-agrikoltura u l-qasam tas-sigurtà fl-ikel.

Bħala tweġiba għall-mistoqsijiet u tħassib taċ-ċittadini Ewropej dwar it-tkabbir preżenti u tal-ġejjieni, fit-8 ta' Novembru 2006 l-Kummissjoni adottat strateġija għal-politika Europea tat-tkabbir. Studji ta' impatt aħjar, attivitajiet ta' standardazzjoni u miżuri konkreti oħra se jippermettu lill-UE tevalwa aħjar l-impatt ta' l-adeżjonijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarfet ukoll il-ħtieġa li tisma' aktar liċ-ċittadini ta' l-UE, u li tgħin fl-isforzi ta' l-Istati Membri biex jippromwovu l-komunikazzjoni u d-djalogu mas-soċjetà ċivili.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna