Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Il-Presidenza Portugiża trid trattat ta' l-UE ġdid sa Ottubru

Il-Presidenza Portugiża trid trattat ta' l-UE ġdid sa Ottubru
(mix-xellug għal-lemin) Il-Prim Ministru Portugiż José Sócrates flimkien mal-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel u l-ministri għall-Affarijiet Barranin tagħhom, Frank-Walter Steinmeier u Luis Amado, waqt l-aħħar samit ta' l-UE

29/06/07

Fl-1 ta' Lulju l-Portugall jibda t-tmexxija ta' l-UE għal sitt xhur, filwaqt li jisħaq għal ftehim dwar trattat ġdid ta' riforma għall-Ewropa.

Trattat ġdid ta' l-UE f'Ottubru huwa prijorità għall-Portugiżi matul it-tmexxija tagħhom. Fi tmiem  is-samit ta' l-UE matul il-21 u t-22 ta' Ġunju, il-Prim Ministru Portugiż José Sócrates ħabbar li l-presidenza Portugiża se jkollha l-għan li n-negozjati jibdew fit-23 ta' Lulju. Fuq medda ta' numru ta' xhur, din il-"konferenza intergovernattiva" se tara jseħħ it-tfassil tat-trattat futur ta' l-UE minn rappreżentanti mill-pajjiżi membri ta' l-UE.

Prijoritajiet oħra jinkludu l-preparazzjoni tal-fażi li jmiss ta' l-istrateġija ta' l-UE għat-tkabbir u l-impjiegiDeutschEnglishfrançais, li l-Portugiżi jixtiequ jiffokawha aktar fuq l-innovazzjoni; l-immigrazzjoni, sew leġittima inkella mhix, u jekk aktar pajjiżi ta' l-UE għandhomx jissieħbu maż-żona Schengen DeutschEnglishfrançais .

Fir-rigward tax-xena internazzjonali, il-Portugiżi se jiffukaw fuq ir-relazzjonijiet mal-Brażil, l-Afrika u l-Mediterran. Fost l-attivitajiet prinċipali se jkun hemm l-ewwel samit li qatt sar bejn l-UE u l-Brażil fl-4 ta' Lulju, u s-samit UE-Afrika li se jseħħ f'Diċembru u li għandu jwassal għall-adozzjoni ta' strateġija komuni.

Minn Jannar 2007, sistema ġdida għar-rotazzjoni tal-presidenza ta' l-UE introduċiet programm komuni għal tliet presidenzi konsekuttivi sabiex tkun żgurata l-kontinwità politika. Il-ġabra attwali ta' presidenzi – il-Ġermanja, il-Portugall u s-Slovenja – għandhom erba' prijoritajiet ewlenin

· it-tfassil ta' trattat ġdid

· il-konsolidazzjoni ta' l-istrateġija għat-tkabbir u l-impjiegi

· l-adozzjoni tal-politiki ta' l-UE dwar is-sigurtà, il-liġi u l-ordni f'dinja li kull ma jmur dejjem qed tinbidel

· it-tisħiħ tar-rwol ta' l-UE fuq livell internazzjonali.

Għalkemm il-presidenza hija maqsuma bejn tliet pajjiżi, kull wieħed minnhom għandu perijodu ta' sitt xhur li fihom ikun responsabbli b'mod uffiċjali. Matul dan iż-żmien ta' tmexxija, il-Portugall se jieħu pożizzjoni fuq l-erba' prijoritajiet kollha.

Is-sit web tal-Presidenza Portugiża

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna