Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > Fil-pajjiżi ta' l-UE > Malta
Madwar l-EwropaFil-pajjiżi ta' l-UEMadwar id-dinjaKalendarjuTipi ta' avvenimenti

Il-Ġimgħa Ewropea ta’ l-SDM

Ċelebrazzjoni tal-50 sena ta’ Ewropa Unifikata

żgħażagħ
Dati: 12/03/07 > 16/03/07
Post: Università ta’ Malta, Tal-Qroqq Msida
Pajjiż: Malta
Organizzatur: Fondazzjoni Temi Zammit
Aktar informazzjoni: www.sdm.org.mt
Il-Ġimgħa Ewropea ta’ l-SDM

Università ta’ Malta – L-SDM qed torganizza għadd ta’ attivitajiet fil-Campus ta’ l-Università, bejn it-12 u s-16 ta’ Marzu 2007, li jvarjaw minn wirja ta’ ritratti għal Festa Ewropea ta’ l-Ikel u Lejla ta’ Poeżija.

Dan kollu qed jiġi organizzat biex ifakkar il-50 sena ta’ l-Għaqda Ewropea.

Dan l-avveniment ser jinkludi wkoll kunċert live fuq il-campus u għadd ta’ attivitajiet sportivi.

L-Istudenti ta’ l-Università ta’ Malta ser ikollhom l-opportunità li jiksbu l-informazzjoni kollha dwar dak li kien qed jiġri fl-Ewropa fl-aħħar 50 sena.

Meta żżur l-istands tagħna tkun tista' tikseb l-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-opportunitajiet li jistgħu jgawdu minnhom l-istudenti.

Matul din il-ġimgha ta’ attivitajiet, l-SDM ser tqassam informazzjoni dwar l-identità Ewropea tagħha u ser torganizza attivitajiet biex tippromwovi d-diversità kkulurita tal-kulturi Ewropej.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna