Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > Fil-pajjiżi ta' l-UE > Malta
Madwar l-EwropaFil-pajjiżi ta' l-UEMadwar id-dinjaKalendarjuTipi ta' avvenimenti

Informazzjoni dwar il-Parlament Ewropew u ċ-Ċelebrazzjoni tal-50 Anniversarju tat-Trattat ta’ Ruma f’Għawdex

Avveniment kulturali
Dati: 23/03/07 > 25/03/07
Post: Nadur Għawdex
Pajjiż: Malta
Organizzatur: Il-Kunsill Lokali tan-Nadur mill-fondi
Aktar informazzjoni: http://www.nadur.gov.mt
Informazzjoni dwar il-Parlament Ewropew u ċ-Ċelebrazzjoni tal-50 Anniversarju tat-Trattat ta’ Ruma f’Għawdex

Avveniment informattiv dwar il-50 Anniversarju tat-Trattat ta’ Ruma. Wirja ta’ arti u ritratti. Programm speċjali ta’ divertiment b’mużika tradizzjonali u mistednin speċjali. Suq għall-prodott lokali. Dibattiti politiċi dwar l-Ewropa u attivitajiet fl-iskejjel. 

Il-Kunsill Lokali tan-Nadur ingħata għotja bħala parti mis-sejħa għall-proposta INFO/2007/04/ tal-Parlament Ewropew bi proġett li għandu l-għan li jinforma lill-poplu Malti u Għawdxi dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew u l-istorja ta’ l-UE, fil-qafas taċ-ċelebrazzjoni tal-50 Anniversarju tat-Trattat ta’ Ruma. Għalhekk il-Kunsill Lokali tan-Nadur ser jorganizza attività fil-pjazza ċentrali tar-raħal matul il-perjodu 23 – 25 ta’ Marzu 2007. Fi stqarrija fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin fil-Belt Valletta, is-Sindku Chris Said ta dettalji tal-programm li ser jinkludi wkoll kunċerti minn Mattia Bazar u Riccardo Fogli mill-Italja, flimkien ma’ Olivia Lewis, Mariella Spiteri, Miriam Christine Borg u oħrajn fil-Pjazza San Pietru u San Pawl għall-pubbliku ġenerali. Programm dettaljat ser jintbagħat bil-posta fid-djar kollha f’Malta u Għawdex sa l-ewwel ġimgħa ta’ Marzu.

Dibattitu: "Il-ġejjieni ta’ l-Ewropa, il-ġejjieni ta' Malta" bejn il-PM Lawrence Gonzi, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni Dr. Alfred Sant, ic-chairperson ta’ AD Dr. Harry Vassallo u round table dwar l-Ewropa ma’ l-MEPs Maltin: "Il-Parlament Ewropew jiltaqa’ maċ-ċittadini"

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna