Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > Fil-pajjiżi ta' l-UE > Malta
Madwar l-EwropaFil-pajjiżi ta' l-UEMadwar id-dinjaKalendarjuTipi ta' avvenimenti

Konsultazzjonijiet taċ-Ċittadini Ewropej

SEMMA’ LEĦNEK

Konferenza
Dati: 24/03/07 > 25/03/07
Post: Radisson SAS Golden Sands Resort and Spa Golden Bay L/O Mellieha
Pajjiż: Malta
Parteċipanti: Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, Michael Frendo CEO Forum Malta fl-Ewropa, Dr. Gabriella Pace
Organizzatur: Fondazzjoni Temi Zammit
Aktar informazzjoni: Brian Restall, Fondazzjoni Temi Zammit, Razzett tal-Hursun,Università ta’ Malta, Msida
Websajt: www.ftz.org.mt
Konsultazzjonijiet taċ-Ċittadini Ewropej

Il-Konsultazzjonijiet taċ-Ċittadini Ewropej f’Malta ser isiru bejn l-24 u l-25 ta’ Marzu fir-Radisson SAS Golden Sands Resort & Spa. 40 ċittadin Malti ser jieħdu sehem fl-akbar eżerċiżżju ta’ konsultazzjoni pan Ewropea li qatt sar, li ser jassigura li leħen il-pubbliku jilħaq lill-gvernijiet u dawk li jfasslu l-politika fid-dibattitu attwali dwar il-ġejjieni ta’ l-Unjoni Ewropea.

40 ċittadin Malti, magħżula każwalment, ser jieħdu sehem fl-akbar eżerċiżżju ta’ konsultazzjoni pan Ewropea li qatt sar, is-Sibt 24 u l-Ħadd 25 ta’ Marzu 2007 fir-Radisson SAS Golden Sands Resort & Spa. Dan l-avveniment huwa maħsub biex jassigura li leħen il-pubbliku jinstema’ mill-gvernijiet u dawk li jfasslu l-politika fid-dibattitu attwali dwar il-ġejjieni ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ser ikun wieħed minn 27 avveniment organizzati f’livell nazzjonali matul Frar u Marzu f’kull Stat Membru ta’ l-UE. Ser jiġu diskussi tliet suġġetti – l-enerġija u l-ambjent, il-familja u s-sigurtà soċjali, u r-rwol globali Ewropew u l-immigrazzjoni

Dawn is-suġġetti ntgħażlu matul l-avveniment li fassal l-aġenda f’Ottubru 2006, li matulu, 200 ċittadin mill-Ewropa kollha, fosthom 8 Maltin, iltaqgħu biex jidentifikaw u jiddiskutu x’tip ta’ Ewropa jridu u l-kwistjonijiet li l-aktar jolqtuhom.

Ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet nazzjonali kollha ser jiġu ppreżentati lil dawk li jfasslu l-politika qabel is-Samit ta’ l-UE f’Ġunju meta jiġi diskuss il-futur tat-Trattat Kostituzzjonali.

Il-konsultazzjonijiet taċ-ċittadini Ewropej huma ffinanzjati u organizzati minn konsorzju indipendenti ta’ fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet li ma jaħdmux għall-qligħ mill-Ewropa kollha u mmexxija mill-Fondazzjoni tar-Re Baudouin. Huma ko-sponsorjati mill-istrateġija tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea “Pjan D”.

Il-Fondazzjoni Temi Zammit qed torganizza l-konsultazzjonijiet f’Malta bil-kollaborazzjoni tal-Forum Malta fl-Ewropa.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna