Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > Fil-pajjiżi ta' l-UE > Malta
Madwar l-EwropaFil-pajjiżi ta' l-UEMadwar id-dinjaKalendarjuTipi ta' avvenimenti

Il-Fiera Annwali ta’ l-Impjiegi Eures Malta

oħrajn
Dati: 30/03/07 > 31/03/07
Post: Le Meridien Phoenicia Ball Room, Floriana
Pajjiż: Malta
Parteċipanti: Konsulenti tal-Eures minn għadd ta’ pajjiżi ta’ l-UE
Organizzatur: Eures Malta fi ħdan il-Korporazzjoni Maltija għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC)
Aktar informazzjoni: http://www.eures.com.mt/EuresMalta/Main/eventsdiary.aspx
Il-Fiera Annwali ta’ l-Impjiegi Eures Malta

Eures Malta ser torganizza l-Fiera annwali ta’ l-Impjiegi fit-30 u l-31 ta’ Marzu f’Le Meridien Phoenicia Ball Room bejn is-2.00pm u l-4.30pm fit-30 ta’ Marzu u bejn id-9.00am u s-7.00pm fil-31 ta’ Marzu. Din is-sena d-dati ntgħażlu apposta bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li jkunu għaddejjin tal-50 Anniversarju ta’ l-UE li qegħdin isiru fis-27 Stat Membru ta’ l-UE inkluż Malta.

Eures Malta stiednet rappreżentanti minn għadd ta’ Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea biex jieħdu sehem fil-Fiera Annwali tagħha ta’ l-Impjiegi. S’issa 12-il pajjiż aċċettaw l-istedina tagħna jiġifieri l-Iżvezja, ir-Renju Unit, il-Finlandja, in-Norveġja, l-Italja, il-Ġermanja, is-Slovakkja, il-Litwanja, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka.

Iċ-ċittadini Maltin ser ikollhom l-opportunità jikkuntattjaw direttament il-konsulenti tal-Eures u jiksbu informazzjoni dwar l-Impjiegi li qed joffru l-pajjiżi tagħhom. Permezz ta’ dan, EURES Malta ser tippromwovi l-mobilità u ser iżżid l-għarfien dwar il-Eures. Ser ikun hemm Stands għal Eures Malta u anki għall-pajjiżi oħra. Iċ-ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw direttament lil dawn ir-rappreżentanti.

Fit-30 ta’ Marzu ser isir seminar ta’ nofs ta’ nhar filgħodu u r-rappreżentanti mistednin ser jingħataw informazzjoni dwar il-Liġi Maltija dwar l-Impjiegi u dwar is-Sistema tas-Sigurtà Soċjali flimkien ma’ informazzjoni dwar il-qagħda fis-suq tax-xogħol f'Malta.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna