Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > Fil-pajjiżi ta' l-UE > Malta
Madwar l-EwropaFil-pajjiżi ta' l-UEMadwar id-dinjaKalendarjuTipi ta' avvenimenti

Tnedija tal-European Dance Company

Tnedija uffiċjali

Żfin
Dati: 04/04/07
Post: Music Room St James Cavalier Valletta
Pajjiż: Malta
Parteċipanti: L-Onor Dr Francis Zammit Dimech M.P., Ministru tal-Kultura u Turiżmu Dr Joanna Drake, Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta Dr Simon Busuttil, M.E.P Mr Julian Vassallo, Kap ta’ l-Uffiċċju Informazzjoni ta’ Malta tal-Parlament Ewropew
Organizzatur: Il-Fondazzjoni tal-European Dance Company flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura ta' Malta
Aktar informazzjoni: info@europeandancecompany.eu, www.europeandancecompany.eu
Tnedija tal-European Dance Company

It-Tnedija Uffiċjali tal-European Dance Company fl-4 ta’ April 2007 f’St James Cavalier, Valletta, Malta, kienet maħsuba biex tikkoinċidi maċ-ċelebrazzjoni tal-50 Anniversarju tat-Trattat ta’ Ruma. Wara d-diskorsi mill-parteċipanti jkun hemm sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet għall-mistednin u l-midja.

Il-European Dance Company ser tkun kumpanija indipendenti taż-żfin li tirrappreżenta l-ideali Ewropej madwar id-dinja. Żgħażagħ mill-UE kollha ser jintgħażlu biex jagħmlu parti minn din il-miġimgħa ta’ talent Ewropew. Ser jaħdmu fuq repertorju li huwa espressjoni tal-wirt u t-tradizzjonijiet taż-żfin fl-Ewropa u l-Ispirtu Ewropew fiż-Żfin… kunċett ġdid biex jinfirxu l-messaġġi Ewropej permezz tal-moviment.

L-involviment tal-Ministru tal-Kultura u Turiżmu ta’ Malta, kif ukoll rappreżentanti mill-Parlament Ewropew, l-Uffiċċju Informazzjoni ta’ Malta tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (Malta) jagħtu lill-avveniment dimensjoni tassew rappreżentattiva ta’ l-entitajiet Ewropej li qed jinġabru flimkien biex jippromwovu l-kultura fl-Ewropa.

Programm tat-Tnedija:

Diskors ta’ merħba mill-President tal-European Dance Company, s-sur Felix Busuttil

Diskors mill-Onor Dr Francis Zammit Dimech M.P., Ministru tal-Kultura u Turiżmu

Diskors minn Dr Simon Busuttil, M.E.P.

Diskors mis-sur Julian Vassallo, Kap ta’ l-Uffiċċju Informazzjoni ta’ Malta tal-Parlament Ewropew

Diskors minn Dr Joanna Drake, Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta

Rimarki ta’ l-għeluq mill-President tal-European Dance Company, s-sur Felix Busuttil

L-attività qed tiġi kkoordinata mis-sur Mark A Borg, Chairperson tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ l-EDC u s-sur Karl J Tabone, Viċi President tal-Fondazzjoni. 

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna