Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2)
EUROPA > Il-50 anniversarju > Il-logo ta' l-anniversarju

Il-mod li bih ġie magħżul il-logo

Il-logo tal-50 anniversarju huwa r-rebbieħ ta' kompetizzjoni imnedija mill-UE għal disinn ta' logo għalegħluq il-50 sena mit-Trattat ta' Ruma.

Hawnhekk għandek issib tagħrif dwar:

 

Il-kompetizzjoni

L-UE nediet kompetizzjoni b'motto li jgħid "Xewqat sbieħ UE", għal disinn ta' logo biex jintuża bħala s-simbolu uffiċjali għal għeluq il-50 sena mit-Trattat ta' Ruma.

Il-kompetizzjoni ġiet organizzata mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni.

Studenti ta' l-arti, il-grafika, id-disinn, id-disinn komunikattiv, il-komunikazzjoni viżwali, id-disinn għall-midja jew studji relatati, kif ukoll professjonisti tad-disinn, li gradwaw mill-università jew mill-kulleġġ fl-2006 mis-27 Stat Membru, kienu mistiedna jipparteċipaw fil-kompetizzjoni. Ġew mistiedna joħolqu logo kif ukoll, jekk jixtiequ, slogan dwar il-kooperazzjoni Ewropea. Il-logo kellu jirreferi għall-50 anniversarju tat-Trattat ta’ Ruma u jirrifletti l-kisbiet ta’ l-UE - bħalma huma l-paċi u l-prosperità - u l-ġejjieni tagħha, jiġifieri x’tip ta’ UE jixtiequ għall-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni.

Il-kompetizzjoni, li għalqet nhar it-30 ta' Settembru 2006, ġibdet numru akbar milli mistenni ta' parteċipanti – 1,701 – mill-Istati Membri kollha.

Il-logos rebbieħa intgħażlu fi proċess b'żewġ stadji.

L-ewwel nett, bord ta' 11-il espert tad-disinn u l-arti li huma rikonoxxuti internazzjonalimet raw il-kontribuzzjonijiet kollha u għażlu l-aħjar 10 logos mill-1,701 proposta oriġinali.

Wara dan, l-aħjar tliett logos intagħżlu minn ġurija finali li kienet tikkonsisti mis-Sur Hans Brunmayr, Direttur Ġenerali ta' l-Istampa, il-Komunikazzjoni u l-Protokoll fil-Kunsill, is-Sinjura Jillian van Turnhout, il-Viċi President tal-Grupp ta' l-Interessi Varji tal-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali, Claude Du Granrut, membru tal-Kumitat tar-Reġjuni u kunsillier fir-reġjun Picardie fi Franza, kif ukoll il-Viċi President tal-Kummissjoni Margot Wallström u l-Viċi President tal-Parlament Ewropew Alejo Vidal-Quadras, li kkoppresjeda fuq il-ġurija.

Id-deċiżjonijiet tal-ġurija tħabbru waqt ċerimonja tal-premjazzjoni fi Brussell fis-17 ta' Ottubru 2006. L-għaxar finalisti kienu mistiedna jattendu ċ-ċerimonja.

Ir-rebbieħ kien Szymon Skrzypczak, student ta' l-Akkademja ta' l-Arti f'Poznan (Polonja). Huwa rċieva l-premju ta' € 6,000 euro, mentri Tore Rosbo mid-Danimarka u Jenny Lundgren mill-Iżvezja ħadu premijiet għat-tieni u t-tielet l-aħjar logos; € 4,000 u € 2,000 rispettivament. L-aħjar tlieta rċevew ukoll trofew, filwaqt li l-10 finalisti lkoll irċevew diploma.

Ir-rebbieħa

Skrzypczak, Szymon (Polonja): "Tögethér" – l-ewwel post

“Tögethér”

Skond il-Pjan D tal-Kummissjoni (Demokrazija, Dibattitu, Djalogu) dan il-logo jagħti interpretazzjoni grafika lil-leħen ta' l-Ewropej kollha, speċjalment tal-ġenerazzjonijiet il-ġodda. Dawn l-Ewropej ifittxu l-paċi, l-istabilità u l-prosperità mingħajr ma jneħħu xejn mid-drittijiet tagħhom ta' individwalità u diversità. Il-kelma "flimkien" tesprimi b'mod sempliċi u immedjat dak li oriġinarjament kien marbut ma' l-idea ta' l-Ewropa: mhux biss politika, flus, jew fruntieri ġeografiċi, iżda fuq kollox kooperazzjoni u solidarjetà.

L-ittri differenti, bl-użu ta' tipa differenti, jesprimu d-diversità fl-istorja u l-kultura Ewropea, u jinżammu "flimkien" permezz tat-tifsira tal-kelma nnfisha. L-ironija ispirata mid-ditti tal-moda hija adattata sewwa għal attività unika prominenti bħal ma hija dik taċ-ċelebrazzjoni tal-ħamsin anniversarju. Il-linja ta' taħt “SINCE 1957” ("SA MILL 1957") hija parti essenzjali minn din l-ironija, u l-aktar importanti hija r-rabta ewlenija mat-Trattat ta' Ruma.

Szymon Skrzypczak twieled fit-3 ta' Ottubru 1983 u attwalment huwa student ta' l-Akkademja ta' l-Arti f'Poznan. Huwa jispeċjalizza fl-illustrazzjoni u d-disinn grafiku. Barra mill-istudji tiegħu, dan iż-żagħzugħ iħobb it-tpinġija, l-iskultura, id-disinn, il-mużika u l-isports.

Rosbo, Tore (Danimarka): "Qsim tal-Kulturi" – it-tieni post

“Qsim tal-Kulturi”

Din it-tieni proposta għal-logo hija bbażata fuq żewġ kunċetti ewlenin: Wieħed huwa l-użu sempliċi ta' l-akronimu "EU 50", li fih innifsu huwa mod konċiż biex jesprimi l-idea ta' l-anniversarju; mod illi huwa komuni fit-tradizzjoni tal-filatelija, u b'mod ġenerali fid-disinn grafiku funzjonali kollu. Imma ma' dan il-kunċett li pjuttost jaqta ħesrem, l-awtur żied il-mogħdijiet ikkuluriti li jaqsmu 'l xulxin permezz ta' superimpożizzjoni taż-żewġ gruppi ta' ittri u numri. Ir-riżultat aħħari huwa kompożizzjoni eleganti u bbilanċjata fejn il-mogħdijiet ta' l-akronimu li jibdlu l-kuluri, jagħtu idea ta' Ewropa bħala konfluwenza ta' interessi u kulturi differenti.

Lundgren, Jenny (l-Iżvezja):"Komunità ta' lingwi" – it-tielet post

“Komunità ta' lingwi”

It-tielet proġett għal-logo juri sinteżi grafika ta' dan l-ideal ta' l-Ewropa bħala istituzzjoni li tagħti importanza lil kull individwu. Element importanti ta' dan il-kalejdoskopju ta' entitajiet kulturali u storiċi huwa rappreżentat permezz tal-lingwi differenti. Fuq l-istruttura newtrali ta' kulur griz fietel magħmul bl-ittri tal-kliem "EUROPEAN UNION", l-awtriċi ssuperimponiet għadd ta' sinjali fonetiċi kkuluriti miktuba bl-idejn. Dawn jirrappreżentaw il-koeżistenza tal-kulturi differenti fl-Unjoni Ewropea. B'dan il-mod, is-sinjali fonetiċi jitilfu l-funzjoni oriġinali tagħhom u jsiru element kkulurit tal-kompożizzjoni grafika u jirrappreżentaw il-komponent simboliku tal-logo.

Ritratti u filmati taċ-ċerimonja

Iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni saret fi Brussell fis-17 ta' Ottubru 2006. Il-premjijiet ġew ippreżentati mill-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea Margot Wallström u l-Viċi-President tal-Parlament Ewropew Alejo Vidal-Quadras, li ppresjedew flimkien il-ġurija finali. Għaċ-ċerimonja attendew l-10 finalisti li kien diġà ntagħżlu kif ukoll ġurnalisti minn madwar l-Ewropa u rappreżentanti ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE..

Ara r-rittratti taċ-ċerimonja

Ara l-filmat taċ-ċerimonja (il-verżjoni s-sħiħa) 37'14"

Ara l-filmat taċ-ċerimonja (il-verżjoni qasira) 02'36"

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | Fuq